Din il-ħaġa lili ġagħlitni naħseb ftit mhux ħażin fuq bidla oħra li aħna, li bil-għajnuna t'Alla għandna l-grazzja li bdejna din is-sena nistgħu naħsbu ftit fuqha. Il-Bidla li aħna għandna nagħmlu biex il-ħajja tagħna timxi dejjem il-quddiem.
Aħseb ftit:
- Beħsibni nitratta lil ta' madwari b'iktar imħabba?
- Beħsibni nkun ġust/a ma dawk ta' madwari?
- Beħsibni nrażżan ilsieni u hekk ma nħallix kliem li jweġġa jiżloq min ħalqi?
- Beħsibni nieħu deċiżjoni li ngħix ta' vera nisrani li jien?/span>
Naħseb li hemm bidla ikbar tistenninha matul din is-sena: il-bidla li int trid tagħmel personalment quddiem Alla!
Is-sena bdiet ... il-bidla tiegħek innifsek bdiet?