Isma l-Ittra Pastorali: Fuq il-Passi ta' Pawlu
Monday, June 30, 2008
Friday, June 27, 2008
Tuesday, June 17, 2008
MESSAĠĠ TA’ L-ARĊISQOF FIL-BIDU TA' L-ISTAGUN TAL-FESTI
MESSAĠĠ TA’ L-ARĊISQOF
FIL-BIDU TA’ L-ISTAĠUN TAL-FESTI
FIL-BIDU TA’ L-ISTAĠUN TAL-FESTI
Din is-sena hija s-Sena Pawlina. Xieraq Ii anki l-Festi ngħixuhom f’dan il-wirt Ii tana San Pawl Missierna.
Jekk hemm kelma Ii tixraq lill-Festi tagħna, din il-Kelma hija: “Ifraħ, Ferħ”. U dan iI-Ferħ, fil-Festi tagħna dejjem isir fid-dawl tal-Fidi tagħna. Il-Festi tagħna huma msemmijin jew għal xi misteru tad-Divinita jew tal-ħajja ta’ Sidna Ġesu Kristu, jew għal xi qaddisin, l-ikbar fosthom Marija, 0mm AIla.
Naf Ii kull minjaħdem għall-Festa jagħmel dan b’sagrifiċċju, u b’sens kbir ta’ mpenn. Imma mhux bilfors dan I-impenn ikollu togħma kristjana. F’xi wħud tħoss Ii hemm fidi u talb u devozzjoni vera lejn il-Festa. lżda sfortunatament, hemm xi wħud Ii ma tagħrafx il-ħidma tagħhom fil-Festi minn dak Ii jagħmlu xi oħrajn biex itellgħu festa għal xi avveniment ieħor, jew għal xi Festival mużikali.
Appell
Jiena qiegħed nappella għal nies ta’ rieda tajba biex jibdew attivament isaffu l-Festi tagħna, jagħmluhom hekk Ii min ikun qiegħed jagħrafhom jagħraf Ii huma Festi Reliġjużi. Din għandha tkun l-unika raġuni Ii nagħmlu l-Festi u din għandha tkun iI-missjoni ta’ min jixtieq Festi Nsara Vera. Qiegħed nappella għal dawn in-nies ta’ rieda tajba: “Aħdmu fuq sħabkom Ii għandhom bżonn għajnuna biex jifhmu dawn l-affarijiet. Ibdew proċess Ii fih tifirħu Ii tagħmlu l-Festa tagħkom verament Nisranija, verament ta’ ġieħ għas-sejħa nisranija tagħna, tixraq lill-Qaddis Ii nkunu qegħdin niċċelebraw”.
Nixtieq inħalli lil San Pawl jgħallimna kif il-Ferh tagħna jista’ jkun nisrani. Ħa nisimgħu I-ewwel x’jikteb San Pawl lill-Filippin:
“Ifirħu dejjem fil-Mulej: nerġa’ ngħidilkom, ifirħu."
“ll-ħlewwa tagħkom, ħa jkunu jafuha I-bnedmin koliha. ll-Mulej qorob.
“MiII-bqija, ħuti, f’dan għandkom taħsbu: f’kuII ma hu veru, f’kull ma hu xieraq, f’kull ma hu ġust, f’kull ma hu safi, f’kuIl ma jiġbed l-imħabba, f’kuIl ma jistħoqqlu l-ġieħ, f’kull ma hu virtu, f’kull ma ħaqqu t-tifħir; f’dan kollu aħsbu.” (4,4).
Ifirħu fil-Mulej: Ma nistgħux nifirħu verament fil-Mulej, jekk f’qalbna għandna firdiet, jew jekk nippretendu Ii l-ferħ tagħna nuruh billi ngħajru lil dawk Ii mhux tal-Festa tagħna.
Il-ħlewwa tagħkom ħa jkunu jafu biha l-bnedmin kollha: Aħna nistgħu nħossu f’qalbna li għandna lill-Qaddis, iżda I-oħrajn, forsi Ii ma jemmnux, kif se nuruhom il-ħlewwa ta’ Ġesu, meta jarawna niġġieldu jew irrabjati għal xulxin?
Aħsbu f’kull ma hu veru: Jekk qegħdin niċċelebraw lil xi Qaddis u mhux biss l-istatwa tal-Qaddis, irridu dejjem iktar nitolbu flimkien u nitgħallmu flimkien biex insiru nafu x’ħabb il-Qaddis, kif għex, biex niċċelebraw ukoll il-ħajja tiegħu nisranija, inkella nkunu qed nifirdu I-istatwa mill-Qaddis Ii tippreżenta.
Aħsbu f’kull ma hu xieraq, kull ma jistħoqqlu l-ġieħ, f’kull ma ħaqqu t-tifħir: In-nisrani suppost ikollu wkoll mġiba differenti kif iġib ruħu. Nistgħu nsemmu wkoll xi affarijiet li n-nisrani ma jistax jaċċetta bħala parti mill-ħajja tiegħu: il-kliem ħażin, u d-dagħa, jekk mhux ukoll kontra xi qaddis ieħor; l-eċċess ta’ l-alkoħol forsi anke f’dawk li huma żgħar; l-eċċess fiċ-ċelebrazzjoni purament umana, b’mod speċjali f’xi marċijiet fejn anki d-diċenza tkun nieqsa. Dawn ma jaqblux b’ferħ li jsir f’isem xi Qaddis.
Ħolma u tama
Jiena għidt dan kollu għaliex nixtieq li nnaqqsu dak kollu li jista’ jfixkel il-valuri veri tal-Festi. Jiena noħlom u nittama li xi darba fil-Festi tagħna nersqu lejn dak li jgħid San Pawl: li fil-Ferħ tagħna jkun għad fadal biss dak li “jiġbed l-imħabba”.
Nibgħat il-Barka tiegħi fuq il-Festi li se jiġu ċelebrati din is-sena: fuq ilkomunitajiet l-Knisja li fi ħdanhom jiġu ċelebrati, fuq dawk li jaħdmu għalihom, u fuq dawk li jattendu għalhom.
Il-Paċi magħkom.
Pawl Cremona O.P.
Arċisqof ta’ Malta
Arċisqof ta’ Malta
Sunday, June 15, 2008
Jum il-Missier
Nawguraw il-Missirijiet kollha f'dan il-jum l-isbaħ AWGURI
Nitolbu flimkien ma San Ġorġ Preca għall-Ġenituri kollha:
Sinjur Alla, o Missier li berrikt 'il Adam u 'l Eva u kkmandajthom li jikbru u li joktru, bierek lill-ġenituri kollha u agħtihom l-għajnuna tal-grazzja tiegħek, biex irabbu sewwa 'l uliedhom b'kura diliġenti għas-saħħa ta' ruħhom u ta' ġisimhom.
U sabiex żgur naqilgħu minnek din il-ħniena, noffrulek il-pjagi ta' Ibnek Kristu Ġesu', li mmerita għall-bnedmin kollha l-grazzja tiegħek. Amen.
Nitolbu flimkien ma San Ġorġ Preca għall-Ġenituri kollha:
Sinjur Alla, o Missier li berrikt 'il Adam u 'l Eva u kkmandajthom li jikbru u li joktru, bierek lill-ġenituri kollha u agħtihom l-għajnuna tal-grazzja tiegħek, biex irabbu sewwa 'l uliedhom b'kura diliġenti għas-saħħa ta' ruħhom u ta' ġisimhom.
U sabiex żgur naqilgħu minnek din il-ħniena, noffrulek il-pjagi ta' Ibnek Kristu Ġesu', li mmerita għall-bnedmin kollha l-grazzja tiegħek. Amen.
Sunday, June 8, 2008
Subscribe to:
Posts (Atom)