Monday, August 27, 2007

Għandi bżonn......

" Sinjur Alla, jien għandi bżonnok",
hija waħda mit-talbiet li kien ta' spiss itenni San Ġorġ Preca.
U toqgħod taħseb ftit verament għandna bżonn lis-Sinjur Alla.
Għandna bżonnu:
  • Kull fil-għodu meta niġu biex noħorġu mid-dar, biex jieħu ħsieb lilna u lill-familji tagħna
  • Ma kull biċċa xogħol li nagħmlu, li apparti li noffruha għalih, permezz tagħha jkun jista jsir il-ġid.
  • meta nkun qed inħabbel moħħi għax xi ħaġa tkun ġewwa bil-kontra!
  • U għal dak kollu li ngħaddu minnu

Aħseb il-mumenti kollha li int, matul il-ġurnata tal-llum (anke jekk għadu fil-għodu kmieni) kellek bżonn lil Alla.

Mela ipproponi li min issa 'l quddiem kull meta jkollok bżonnU inti tirrekorri lejH għax hu jkun qed jisimgħek żgur.

Wednesday, August 15, 2007

Marija mtellgħa s-Sema . . . it-tama tagħna

Għas-solennita tal-festa ta' Marija Mtellgħa s-sema l-isfqijiet tagħna fl-ittra pastorali li kitbu aċċenaw għall-fatt li Marija mtellgħa s-sema hija t-tama tagħna għax hija turina l-futur li gie muri lilna min Alla.

Dan il-futur muri lilna minn Alla ma għandux x’jaqsam biss ma’ dak li qed jistenniena wara l-mewt, meta niltaqgħu ma’ Alla wiċċ imb’wiċċ, imma joffrilna għan għal ħajjitna li jissarraf fil-ħajja tagħna tal-lum. Infatti, it-tama nisranija mhix aljenazzjoni jew ħarba mill-impenn tal-ħajja ta’ kuljum. Jekk nifhmu hekk, inkunu qed inħaddnu ereżija. “Il-Knisja tgħallem”, jgħidilna l-Konċilju, “li t-tama eskatoloġika ma tnaqqasx l-importanza tad-dmirijiet fuq l-art, anzi ssaħħah it-twettiq tagħhom b’raġunijiet ġodda. Għall-kuntrarju, jekk jonqos il-pedament ta’ Alla u t-tama tal-ħajja ta’ dejjem, id-dinjita’ tal-bniedem tonqos ħafna …. u l-enigma tal-ħajja u l-mewt, tal-ħtija u ta’ l-indiema, jibqgħu bla tweġiba u għalhekk mhux ftit drabi l-bnedmin jaqgħu fid-disperazzjoni” (Gaudium et Spes, 21).

Mela ejjew f'kull ċirkustanza li nsibu ruħna fiha niftakru li aħna għandna tama li qatt ma tfallina - it-tama tagħna f'Alla u li anke jekk aħna bħalissa aħna qegħdin inbatu niftakru li Alla wegħdna l-ħajja ta' dejjem jekk nimxu skond il-kmandamenti tiegħu. Ma nibżgħux nitammaw f'Alla tagħna, għax aħna ma nagħmlux hekk biex neħilsu mill-problemi jew naljenaw ruħna imma nagħmlu dan biex nagħtu raġuni li tmur lil hinn minna nfusna għal dak kollu li aħna ninsabu fih.

Mela nħarsu lejn din l-omm tagħna u bħal ma għamlet hi nitammaw f'Alla tagħna.

Monday, August 13, 2007

Blogs tagħna . . . issa f'ppt

Ċertu blogs tagħna qed nagħmluhom f'powerpoints. Żur il-blogs ta':

Jekk ikollok bżonn xi blog min tagħna bħala feature ibagħat għidilna u aħna nagħmlu mill-aħjar li nistgħu.

Tuesday, August 7, 2007

Dun Ġorġ . . . bniedem ta' qabel żmienu

Kont qed nibbrowsja ftit fuq l-internet biex inkun naf x'inhu jiġri madwar id-dinja mill-aspett kattolika u ltqajt m'artiklu li wrieni kemm verament Dun Ġorġ (għax aħna li nafuh tant min kitbietu u l-istejjer fuqu nħossuna familjari miegħu u għalhekk insejħulu Dun Ġorġ minflok San Ġorġ!).

L-artiklu jinsab hawn: http://www.catholic.org/hf/kids/story.php?id=24017 u wieħed jista jiddownlodjah bħala .pdf file min hawn.


Jitkellem fuq l-importanza li l-lezzjonijiet tal-katekiżmu jkunu atreanti u b'tali mod li t-tfal li jkunu qed jitgħallmu ma jiddejqux. Iħoss il-bżonn li t-tfal għandhom jitgħallmu ċertu affarijiet meta jkunu għadhom żgħar u josserva li fil-vilaġġi t-tfal huma iktar lesti li joqogħdu bil-qegħda jisimgħu, u li l-ġenituri iktar jibagħtuhom għal-lezzjoni tal-katekiżmu ta' kuljum u jmorru magħhom għall-quddiesa ta' kuljum.

Jinħass il-bżonn ukoll li min jgħallem, speċjalment jekk dawn ikunu katekisti li ma jkunux la saċerdoti u anqas sorijiet, li jkunu iffurmati sew.

Mela allura Dun Ġorġ verament kien bniedem ta' qabel żmienu. Qara s-sinjali taż-żminijiet, u bil-meditazzjoni sema l-vuċi t'Alla li mexxietu biex jiftaħ għaqda li kellha tforni l-gzejjer maltin b'tagħlim li għen mhux biss lil persuni individwali imma wkoll is-Soċjeta maltija inġenerali.


Aħna hawn Malta għandna dan kollu - ejja napprezawh!

Niskuża ruħi. . .

Niskuża ruħi jekk dan il-blog fl-aħħar ġimgħa ma ġiex updated, pero inqbadna f'ħafna xogħol relatat mas-sajf u ma kellnix biżżejjed ħin.

Pero' min din il-ġimgħa l-blog ser jerġa jiġi updated kull ġimgħa.

IBQGĦU ŻURUNA GĦAL UPDATES IL-ĠODDA LI GĦANDNA GĦALIKOM!!


For more widgets please visit www.yourminis.com