Jekk wieħed jara dan l-artiklu jifhem verament kemm l-internet jista jiswa ta' ġid. Ħafna drabi nisimgħu kummenti dwar kemm l-internet qiegħed ikun ta' detriment għas-soċjeta tagħna għax qed iwassal valuri li xejn ma huma sbieħ.
Imma aħna rridu niftakru li l-internet bħal kull ħaġa oħra għandu wkoll il-positiv tiegħu. Jeżistu ħafna sites fuq l-internet li jwasslu valuri tajbin. Qiegħed ukoll jagħti opportunitajiet ġodda biex il-Kelma ta' Ġesu' tinxtered dejjem iżjed.
L-opinjonijiet ta' kulħadd qegħdin jinstemgħu fuq l-internet b'tali mod li ta' kulħadd huwa tajjeb, meta dan mhuwiex il-każ. Mela allura l-internet bħal kull ħaġa oħra jiddependi biss min ħaġa waħda: x'tagħżel int li tara.
Għalkemm vera jiena nista nkun naf iktar fuq Ġesu' permezz ta' din it-teknoloġija ġdida, pero ma rridx ninsa li jien għandi bżonn inkun naf LIL Ġesu' u mhux fuqu u dan jista jiġi biss permezz ta' ħin fis-skiet miegħU.