Bdejn x-xahar ta' Ottubru, xahar li hu ddedikat kollu kemm hu lir-Rużarju. Imma ngħid bejni u bejn ruħi: ir-Rużarju għadu f'postu f'soċjeta bħal ma qed ngħixu aħna, f'soċjeta magħġla fejn il-ħin qiegħed jiġri warajk il-ħin kollu.
F'postu li tqatta kwarta titlob ir-rużarju meta tista tagħmel xi ħaġa utli oħra?
Imma qabel naraw jekk ir-rużarju hux utli jew le, irridu nsaqsu: X'inhu r-Rużarju? X'ġid nista nieħu minnu jien?
Meta wieħed jgħid ir-Rużarju jkun qiegħed jaħseb fuq il-ħajja ta' Ġesu' u tal-Madonna - u għalhekk jiġbed għalih tagħlim tal-ħajja ta' dejjem. Mela ġid biss jista joħroġ mir-reċita tar-Rużarju. Għalhekk ir-Rużarju huwa utli għall-ħajja tagħna.
Barra min hekk ir-Rużarju jista jkun mezz fejn il-familja tiltaqa flimkien u titlob. Meta l-familja tiltaqa flimkien tiżdied il-kommunikazzjoni bejniethom u għalhekk jonqos il-ġlied. Meta l-familja titlob flimkien tibqa iktar magħquda u tiġbed fuqha l-grazzji mis-sema.
Mela għalfejn għandi jiena nidejjaq li nqatta kwarta ngħid din it-talba? Dun Ġorġ kien jgħid li l-Madonna tibqa tistenna r-Rużarju tagħna sa nofs il-lejl. TĦALLIHIEX TISTENNA!