Sunday, November 4, 2007

Novembru

Kont qed naħseb ftit fuq il-bidu ta' dan ix-xahar speċjalment f'dawn il-ġranet fejn l-ewwel ħsibna fuq il-qaddisin kollha u mbagħad fuq il-mejtin tagħna.

Vera hi xi ħaġa sabiħa li f'dan iż-żmien qabel ma jibda żmien l-Avvent li jgħinna niffukaw iktar fuq il-Milied, il-Knisja tqegħdilna fuq il-ħsieb tagħna l-Qaddisin.

Min huma l-Qaddisin?
Il-Qaddisin huma dawk li għexu il-ħajja tagħhom bil-mod kif riedhom Alla, b'intimita kbira miegħu u ħadmu kemm setgħu fuq il-perfezzjoni fil-ħajja tagħhom, bil-grazzja li Alla jitfa fihom.
Tinstema xi ħaġa faċli meta taqra hekk imma fil-verita' din tista tkun il-programm ta' ħajjitna.

Imbagħad naħsbu fil-mejtin tagħna li wkoll ipruvaw jgħixu ħajja tajba. Dawn huma nies li aħna nafu, li jista jkun li jiġu minna jew inkella ħbieb tagħna li min jaf kemm-il darba kienu ta' għajnuna għalina. Bħalna dawn ġieli għamlu affarijiet ħżiena u għalhekk importanti li nitolbu għalihom.

Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu huma fis-sliem. Amen.


For more widgets please visit www.yourminis.com