Saturday, February 9, 2008

40 Jum

Ir-Randan. . . 40 jum . . . penitenza . . . sawm. . . sagrifiċċju . . . min ma semgħax bihom f'dawn iż-żminijiet?

Lit-tfal ngħidulhom: tiklux ħelu; obdu iktar; oqogħdu iktar bravi - għax ir-Randan.

Imma dawn mhux affarijiet li għandna nagħmluhom dejjem. Allura għalfejn issa iktar min qabel?

U dan propju l-punt ta' dawn il-ftit ħsibijiet... għalfejn ir-Randan? Għalfejn dawn l-40 jum?

Dawn l-40 jum huma ta tħejjija għalina - biex aħna nippreparaw lilna nfusna biex inkunu iktar ppreparati għall-festa kbira ta' l-Għid: tal-mewt u l-qawmien ta' Sidna Ġesu' Kristu. Dan iż-żmien huwa żmien li għandu jservi ta' riflessjoni ftit iktar mis-soltu, mhux għax is-soltu m'għandniex niriflettu, imma għandna nirriflettu iktar.

Mela aħseb ftit iktar. . . ġib ruħek aħjar ma' dawk ta' madwarek. . . aħfer lil min naqsek. . . ġib ruħek aħjar ma uliedek. . . ikkomunika ma min ilek ma tkellem. . . gerger inqas. . . u aħseb int iktar x'tista tagħmel. . . imma
FUQ KOLLOX ITLOB IKTAR!


For more widgets please visit www.yourminis.com