Nqumu fil-għodu, nieħdu l-kolazzjon, u wara t-tfal immorru l-iskola, l-ġenituri x-xogħol, u min jibqa d-dar ma jkunx b'idejh fuq żaqqu tafux! Fil-bidu jew fit-tmiem il-ġurnata forsi nsibu ċans biex nisimgħu quddiesa. Din hija drawwa ferm sabiħa, imma ejjew ma noħduhiex b'rutina.
Jekk jien immur quddiesa kuljum, ma nagħmilx hekk għax issa hekk drajt, jew għax ilni nagħmel hekk min mindu kont għadni żgħira. Nagħmel hekk għax fil-ġurnata tiegħi nħoss il-bżonn li f'xi ħin niltaqa ma' Ġesu'.
Mela ejja ma nieħux dan il-ħin bħala xi ħaġa tas-soltu imma bħala xi ħaġa ġdida - li jiena ta' kuljum immur biex nisma dak li Huwa jrid jgħidli. Imma mhux biss, imbagħad wara li nkun smajt il-Kelma t'Alla, jiena nsir ħaġa waħda miegħU permezz ta' l-Ewkaristija. Xi grazzja! Kemm nies jixtiequ li għandhom dan is-servizz ta' quddies viċin u f'ħinijiet diversi bħal m'għandna aħna. Hu l-okkażjoni mela!!