Wednesday, December 10, 2008

Kaxxa VOJTA!

Ftit taż-żmien ilu, ħabib tiegħi rrabja ma' bintu ta' tlett snin talli ħliet wrapping paper gold. Irrabja għax it-tifla kienet ħliet wrapping paper sħiħa biex ksiet kaxxa żgħira biex tqegħda taħt il-Christmas Tree. Dik is-sena kien spiċċa bla xogħol, u kienu xi ftit neqsin mill-flus u allura kull tikka kien qed jaraha ħafna.
Madanakollu, dakinhar tal-Milied filgħodu, it-tifla ġabet rigal żgħir lill-missierha u qaltlu: "Pa, dan għalik."

Issa kien qed jidispjaċih talli kien irrabja ma' bintu, u fetaħ il-kaxxa u sabha vojta. Qalilha: "Ma tafx li meta tagħti rigal lil xi ħadd suppost li fil-kaxxa tpoġġi xi ħaġa?"
It-tifla ħareset lejh u bid-dmugħ f'għajnejha qaltlu: "Imma Papa, mhux vojta. Jien tgħidx kemm tfajt kisses fiha. Kollha għalik!"
Il-missier bid-dmugħ f'għajnejh għannaq lil bintu. Għal żmien twil żamm dik il-kaxxa taħt is-sodda u meta l-ħajja kienet ittih ftit bis-sieq kien joħroġ bewsa mmaġinarja u jiftakar fl-imħabba kbira li bintu kienet tefgħet fihom!

Tuesday, December 2, 2008

Aghti l-Ezempju

Kien hemm wieħed raġel li kien jgħix ħajja normali. Ma kienx jaħseb li kien xi bniedem kattiv, imma l-anqas xi qaddis. Jum minnhom Ġesu' messlu qalbu u hu aċċettah bħala s-Sinjur u s-Salvatur tiegħu. F'qalbu ħass ferħ kbir tant li wiegħed lil Alla li jitkellem fuqU ma kull persuna li jiltaqgħa magħha u li jresaq lejH ta' l-inqas 100 persuna lejn dan Alla li huwa kien sab u li kien tah tant ferħ. Imma dar-raġel mil-bidu beda jinduna kemm din kienet se tkun ħaġa difficli li jagħmel. Il-maġġoranza tal-ħbieb tiegħu bdew jaħsbuh li ġennen u telquh.


Xi drabi huwa kien se jmur lura mil-wegħda tiegħu imma kompla jitkellem fuq Alla ma dawk li kienu jagħtuh iċ-ċans, u jgħidilhom fuq il-bidla kbira li ġrat fih.

Wara ftit taż-żmien dan ir-raġel miet, u sab ruħu f'kamra li kien fiha l-affarijiet kollha li huwa kien għamel u qal matul ħajtu kollha: l-affarijiet ħżiena kollha, il-ħsibijiet ħżiena li għaddewlu min moħħu, reġgħu ġew lura f'daqqa. Imbagħad huwa ra viżjoni ta' dak il-jum meta fetaħ qalbu għal Ġesu' u meta wiegħed li jresaq lejn Ġesu' tal-inqas min 100 persuna. Meta ra dan kollu r-raġel intefa għarkubtejh u beda jibki.

F'dak il-ħin Ġesu' resaq lejh u qallu: "Ibni, qum min hemm: għalfejn qiegħed tibki?"

Ir-raġel wieġeb: "Sinjur, jiena għamilt dawn l-affarijiet kollha ħżiena u gdibt".

"Meta gdibt?", wieġbu Ġesu'.
"Meta wegħdtek li se nressaq lejn 100 persuna. Għax anke jekk ippruvajt nagħmel dan, qas persuna waħda ma waslet li aċċetatek f'ħajjitha! Jiena ma żammejtx il-wegħda tiegħi, u għalhekk gdibt lileK!"

Ġesu' tbissimlu, mesaħħlu d-dmugħ minn ma għajnejh u qallu: "Ibni, inti ma ksirtx il-wegħda tiegħek miegħi."

"Imma Sinjur, jiena qas biss irnexxili nikkonverti persuna waħda!"
Ġesu' wieġbu: "Tiftakar meta kont qiegħed f'ristorant u wara li kilt irringrazzjajt lil Alla ta' l-ikel li hu provdilek? Kien hemm mara li kienet qatgħet qalbha li xi darba għad issib is-salvazzjani. Anke jekk jiena, ħafna drabi, ppruvajt nuriha kemm inħobbha, hija qatt ma accetatni. Kienet qegħda taħseb li la tmur lura toqtol lilha nnifisha. Imma meta ratek titlob hija fetħet qalbha għalija u ħallitni nidħol f'ħajjitha. Hija aċċetatni bħala s-Salvatur tagħha. Wieħed mit-tfal tagħha sar qassis qaddis u għen lil ħafna bnedmin jgħixu tajjeb u jersqu lejja. Dak il-ġest żgħir tiegħek bil-fidi għen mhux lil 100 persuna imma lil 100, 000 persuna jersqu lejja!"

Ġesu' bi tbissima fuq fommu wieġbu: "Jiena ħallast il-prezz tagħhom għalik: ħares lejn idejja u saqajja ppjagati, il-kustat tiegħi minfud, rasi mimlija bid-demm, u ġismi flaġġelat. It-tnejn li aħna żammejna l-wegħda tagħna!"
Niftakru li ġest żgħir jista jmiss il-qalb ta' l-oħrajn, anke jekk aħna ma nindunawx. Tbissima, kelma tajba, talba fil-pubbliku, huma affarijiet żgħar li jafu jagħtu dawl lill-oħrajn u jistgħu ukoll jibdlu l-ħajja ta' ħaddieħor.


For more widgets please visit www.yourminis.com