Xi drabi huwa kien se jmur lura mil-wegħda tiegħu imma kompla jitkellem fuq Alla ma dawk li kienu jagħtuh iċ-ċans, u jgħidilhom fuq il-bidla kbira li ġrat fih.
Wara ftit taż-żmien dan ir-raġel miet, u sab ruħu f'kamra li kien fiha l-affarijiet kollha li huwa kien għamel u qal matul ħajtu kollha: l-affarijiet ħżiena kollha, il-ħsibijiet ħżiena li għaddewlu min moħħu, reġgħu ġew lura f'daqqa. Imbagħad huwa ra viżjoni ta' dak il-jum meta fetaħ qalbu għal Ġesu' u meta wiegħed li jresaq lejn Ġesu' tal-inqas min 100 persuna. Meta ra dan kollu r-raġel intefa għarkubtejh u beda jibki.
F'dak il-ħin Ġesu' resaq lejh u qallu: "Ibni, qum min hemm: għalfejn qiegħed tibki?"
Ir-raġel wieġeb: "Sinjur, jiena għamilt dawn l-affarijiet kollha ħżiena u gdibt".
"Meta gdibt?", wieġbu Ġesu'.
"Meta wegħdtek li se nressaq lejn 100 persuna. Għax anke jekk ippruvajt nagħmel dan, qas persuna waħda ma waslet li aċċetatek f'ħajjitha! Jiena ma żammejtx il-wegħda tiegħi, u għalhekk gdibt lileK!"
Ġesu' tbissimlu, mesaħħlu d-dmugħ minn ma għajnejh u qallu: "Ibni, inti ma ksirtx il-wegħda tiegħek miegħi."
"Imma Sinjur, jiena qas biss irnexxili nikkonverti persuna waħda!"
Ġesu' wieġbu: "Tiftakar meta kont qiegħed f'ristorant u wara li kilt irringrazzjajt lil Alla ta' l-ikel li hu provdilek? Kien hemm mara li kienet qatgħet qalbha li xi darba għad issib is-salvazzjani. Anke jekk jiena, ħafna drabi, ppruvajt nuriha kemm inħobbha, hija qatt ma accetatni. Kienet qegħda taħseb li la tmur lura toqtol lilha nnifisha. Imma meta ratek titlob hija fetħet qalbha għalija u ħallitni nidħol f'ħajjitha. Hija aċċetatni bħala s-Salvatur tagħha. Wieħed mit-tfal tagħha sar qassis qaddis u għen lil ħafna bnedmin jgħixu tajjeb u jersqu lejja. Dak il-ġest żgħir tiegħek bil-fidi għen mhux lil 100 persuna imma lil 100, 000 persuna jersqu lejja!"
Ġesu' bi tbissima fuq fommu wieġbu: "Jiena ħallast il-prezz tagħhom għalik: ħares lejn idejja u saqajja ppjagati, il-kustat tiegħi minfud, rasi mimlija bid-demm, u ġismi flaġġelat. It-tnejn li aħna żammejna l-wegħda tagħna!"
Niftakru li ġest żgħir jista jmiss il-qalb ta' l-oħrajn, anke jekk aħna ma nindunawx. Tbissima, kelma tajba, talba fil-pubbliku, huma affarijiet żgħar li jafu jagħtu dawl lill-oħrajn u jistgħu ukoll jibdlu l-ħajja ta' ħaddieħor.