Ftit tal-jiem oħra u t-toroq tal-gżejjer Maltin jieħdu bixra oħra - bixra ta' ferħ, il-ferħ tal-Milied!! Ħafna minnha diġa bdew jaħsbu minn issa min fejn se jixtru r-rigali, l-kartolini, meta u kif se jżejnu djarhom, x'jistgħu jagħmlu differenti dan il-Milied u min jaf kemm il-ħsieb ieħor.
Imma f'dan iż-żmien mhux aħjar taħseb:
- Liema huma dawk in-nies li se tferraħ dan il-Milied?
- Min huma dawk in-nies li lest li tibdel l-attitudni tiegħek lejhom?
- Liema huma dawk in-nies li lest li taħfer?
- Lest li tagħmel li tista biex tisma' quddiesa kemm jista jkun kuljum, mil-llum sal-Milied?
- Kemm-il darba Ġesu' Sagramentat ħa jibqa jistennik biex iżuru?
- U meta beħsiebek tibda tqatta ftit ħin mal-familja, fejn barra li tirrilassaw flimkien, issibu wkoll ftit ħin ta' talb flimkien?
- Kemm taħseb f'dawk li huma morda, inqas ixxurtjajti minnek jew għandhom xi bżonnijiet speċjali?
Ehhh . . . . u jekk taħseb ftit min jaf kemm iżid inti ma' din il-lista!!
Mela poġġi l-ħsibijiet tiegħek fis-sod għax kif jgħidu: "Il-passat mhuwiex garanzija tal-futur" - għax il-futur f'idejn Alla!!