skip to main | skip to sidebar

+ Verbum Dei Caro Factum Est

Saturday, May 23, 2009

BREVJAR BIL-MALTI FUQ IL-YOUTUBE

Għal bosta snin is-Segretarjat tal-Liturġija tana l-faċilità li naċċessaw minn fuq l-internet, il-Brevjar bil-Malti, uffiċċjalment magħruf ukoll bħala l-Liturġija tas-Sigħat. Issa bl-għajnuna ta’ Alla u bid-dedikazzjoni kbira ta’ xi persuni, nistgħu wkoll ngħidu kuljum din it-talba sabiha fil-ħinijiet propji tagħha billi nsegwuha wkoll fuq il-YouTube.

Kulħadd huwa msejjaħ biex jitlob il-Liturġija tas-Sigħat, magħrufa wkoll bħala l-Brevjar. Fil-parti l-kbira tagħha din ġejja direttament mill-Iskrittura Mqaddsa, speċjalment mis-Salmi. Bħall-quddiesa, anke din hija talba liturġika u għalhekk tgawdi post tassew speċjali fil-Knisja għax hija t-talba uffiċċjali tagħha. Għalhekk meta nitolbuha, il-vuċi universali tagħna, issir l-istess vuċi ta' Kristu li jkellem u jfaħħar lill-Missier.

Anke meta ssir fil-privat, din it-talba, bħal kull azzjoni liturġika oħra, mhijiex xi ħaġa privata, iżda azzjoni tal-ġisem kollu tal-Knisja.

Mela nitħeġġu lkoll biex nitolbuha kuljum għaliex permezz tagħha u tas-sagrifiċċju tal-quddiesa nkunu qed ningħaqdu b’mod aktar sħiħ fil-Ġisem Mistiku ta’ Kristu.


http://www.youtube.com/user/BREVJAR
Posted by best249 at 4:48 AM
Newer Post Older Post Home


For more widgets please visit www.yourminis.com

Merħba fil-blog tal-Museum Bniet Siġġiewi.

Hawnhekk ser issib xi ftit ħsibijiet skond iż-żminijiet differenti li nkunu għadejjin minhom.

Għaddi int ukoll il-ħsibijiet tiegħek hawnhekk!

Grazzi ħafna
  • Our Site
  • Museum Female Section
  • Museum Male Section
  • katekisti.tk

ARCHIVES

  • ▼  2009 (8)
    • ►  December (3)
    • ►  October (1)
    • ►  August (1)
    • ▼  May (1)
      • BREVJAR BIL-MALTI FUQ IL-YOUTUBE
    • ►  February (1)
    • ►  January (1)
  • ►  2008 (26)
    • ►  December (2)
    • ►  November (1)
    • ►  September (1)
    • ►  August (1)
    • ►  June (6)
    • ►  May (1)
    • ►  April (3)
    • ►  March (5)
    • ►  February (4)
    • ►  January (2)
  • ►  2007 (60)
    • ►  December (12)
    • ►  November (5)
    • ►  October (3)
    • ►  September (9)
    • ►  August (5)
    • ►  July (9)
    • ►  June (11)
    • ►  May (6)