Startjajt il-karrozza dal-għodu u hekk kif qabdet fuq id-dashboard bdejt nara l-bozza taż-żejt tixgħel. Kien ifisser li ż-żejt kien wasal biex jispiċċa . . . imma jiena rraġunajt li għandi biex ngħaddi imqar għall-jumejn oħra.
L-għada fil-għodu, bħal kuljum, mort biex noħroġ il-karozza mill-garraxx - imma ma startjatx!! Dan kien ifisser ħela ta' ħin, flus u skareġġ żejjed. Għamilt proponiment li nagħti iktar kas tal-warning lights.
U int fil-ħajja tiegħek qiegħed tagħti kas tal-messaġġi li Alla kuljum qiegħed jibagħtlek?