Tuesday, January 1, 2008

Is-Sena t-Tajba!

Nies . . . uċuħ differenti . . . ftit tafhom . . . ħafna le . . . madwar id-dinja kollha . . . jawguraw lil xulxin: Is-Sena t-Tajba! Happy New Year! Buon Anno! etc....

Imma żgur li l-isbaħ awguri għal din is-sena ġie fl-Ewwel qari tal-liturġija tal-llum, il-barka t'Alla għalina!

"Ibierkek il-Mulej u jħarsek!
Jixħet id-dijja ta' wiċċu fuqek
u jurik il-ħniena!
Iħares lejk il-Mulej
b'imħabba u jagħtik is-sliem!"
X'neħtieġu aktar min hekk?? Dan hu l-awgurju għal kull wieħed u waħda minna u j'Alla f'din is-sena li ġejja nagħmlu kollox għall-ikbar glorja t'Alla!

(click on this thumbnail to see the picture)

Tuesday, December 25, 2007

Il-MILIED IT-TAJJEB!!

Nawguraw il-Milied it-Tajjeb lil kulħadd.


J'Alla Ġesu' Bambin ma jkunx biss fil-qlub tagħna fi żmien il-Milied biss imma matul is-sena kollha!

Monday, December 24, 2007

Christmas Story - Music

Jum 9: Is-Silenzju

Fil-Bibbja ma nsibu l-ebda kelma li qal San Ġużepp? Imma tgħid dan għax qatt ma kellu xi jgħid!? Probabilment li le - imma ma nsibu l-ebda kelma għax nafu kemm kien bniedem silenzjuż.

Aħseb ftit:

  • Kemm jiena prudenti fil-kliem li ngħid?

  • Naħseb spiss li ta' kull kelma żejda jiena rrid nagħti kont lil Alla?

Il-Paċenzja


Aħseb ftit x'ikollok bżonn kontinwament fil-ħajja tiegħek. Din żgur li hija l-Paċenzja. Ftit huma l-ġranet fejn fihom ma jkollnix bżonn xi ftit jew wisq il-paċenzja.

Ara ftit kemm paċenja ħadu Marija u Ġużeppi matul il-ġranet li huma qattgħu ġewwa Betlehem. U daħħal din il-paċenzja fil-ħajja tiegħek!

Jum 8: Il-Manswetudni

Meta Ġesu' ġie fid-dinja, huwa ġie propju meta l-bnedmin kienu għedewwa t'Alla. Huwa ġie propju fid-dinja biex jieħu fuqu id-dnubiet tad-dinja u jaħfrilna u hekk jerġa jħabibna m'Alla l-Missier.

Dan il-Milied mela aħfer lil dik jew lil dak li tinsab miġielda min magħhom u hekk tkun qed tesperjenza dik il-paċi li Ġesu' Bambin ġie jwassal.
L-Umilta'
Ħares ftit ġewwa l-grotta ta' Betlehem u ibqa ċert li jekk hemm ħaġa li m'intix ser issib din hija s-suppervja!
  • Marija stess stqaret li hija l-iżgħar fost il-qaddejja t'Alla.
  • Ġużeppi dak ir-raġel ġust li ma xtaqx ixxerred xnigħa kerha kontra Marija l-għarusa tiegħu - għalkemm il-liġi kienet tagħtih dan id-dritt!

Ħares mela f'din il-grotta, osserva u tgħallem!

Jum 7: Il-Fedelta t'Alla


Permezz tat-Twelid ta' Ġesu' ġewwa Betlehem, permezz tal-Verġni Marija Alla kien qed iwettaq il-wegħdiet li għamel permezz tal-profeti.

Dan jurina kemm Alla dejjem iżomm kelmtu u dejjem huwa fidil lejn dawk li jimxu warajH. Allura sejra int ma tafdax lil Alla meta huwa jitolbok tagħmel xi ħaġa li int forsi taħseb li ser tkun wisq diffiċli għalik?

Il-Ħniena t'Alla

Tant huwa ħanin Alla mal-bniedem li umilja lill-Ibnu stess biex hekk il-bniedem ikollu s-salvazzjoni ta' dejjem.

Meta tara din il-Ħniena t'Alla għalik - sejjer int ma tħennx għal dawk ta' madwarek?

Jum 6: Providenza t'Alla

Mhix providenza li Alla jibgħat lil Ibnu stess biex ikun is-Salvatur tagħna?

Hekk stqarrew l-anġli lir-rgħajja: "Għaliex twieled għalikom is-Salvatur li Hu Kristu l-Mulej, fil-belt ta' David."

Mela ħares lejn din it-tarbija u ara fiH il-providenza t'Alla li ta' kuljum int għandek tintelaq fi ħdanha.

Id-Dinjita tan-Nisrani
In-Nisrani għandu dinjita ta' l-għaġeb. Huwa jista jistqarr b'wiċċu min quddiem li Alla nnifsu sar ħuh u dan għax iħobbu.
Imma aħseb ftit:

  • Fil-ħajja tiegħi qegħda jiena ngħix bħala nisranija li jekk Ġesu' jħares lejja jkun jista jgħid: "Dik hija nisranija għal qalbi!"


For more widgets please visit www.yourminis.com