Friday, September 28, 2007

Erġajna bdejna...

Erġajna bdejna jew daqt nerġgħu nibdew!

  • Min beda l-iskola u min għadu ser jibda. Ħafna ħaddiema daqt jirrotornaw lura għall-ħinijiet tax-xitwa.
  • Daqshekk sajf - daqshekk nistgħu ngħidu: "U qegħdin fis-sajf - noħduha ftit relax.
  • It-tfal irritornaw fuq is-siġġijiet ta' l-iskola u tad-duttrina - ħafna ommijiet qalu li issa ċ-ċans tagħhom li jistrieħu ftit.

F'kelma waħda: Kollox lura għan-normal. Imma dan xi jfisser?

Dan jista jfisser ħafna affarijiet:

  • Jista jfisser li issa nitqatel bix-xogħol - għax il-ħajja dejjem trid
  • jista jfisser li issa daqshekk nitlob - b'dan ix-xogħol kollu kif nista nsib ċan nitlob?
  • jista jfisser li r-rutina li jiena nidħol fiha taljejnani mill-kumplament ta' sħabi u mill-familja

imma jista jfisser ukoll:

  • li għalkemm għandi iktar ħinijiet fejn fihom għandi iktar x'nagħmel, dan jgħini nsib bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja
  • li jkolli ħin fiss mal-Mulej - fejn fih jien u Hu nitkellmu u dan il-ħin ma joħodlu post ħadd
  • li r-rutina tgħinni nikber u fiha nsib ħin fejn insir naf iktar lili nnifsi biex hekk inkun nista nkompli nkabbar il-karratru tiegħi.

X'jfisser li erġajna bdejna huwa kompletament f'idejja. Mela jien irid nideċidi x'ser ifisser il-ħin li jiena ser ngħix matul din ix-xitwa u matul il-ħajja tiegħi kollha.

Monday, September 24, 2007

LilU biss..

Lilu biss infittex biex inqim

Din il-Kanzunetta hija mikuba min żagħżugħa ta' 16-il sena u turina kemm dak li aħna nagħmlu dejjem għandna nagħmluh għall-ikbar glorja t'Alla.

Tajjeb li nibdew sena skolastika, u iktar u iktar, sena kateketika b'dan il-ħsieb. J'Alla dak kollu li nitgħallmu u li ngħallmu lil ħaddieħor, kemm fil-klassi u anke fuq kull post li aħna nkunu fih, nattribwixu kull glorja tiegħu lil Alla.



Niżżel is-song min hawn isfel.

Lilu biss infittex biex inqim - Matlene Falzon.mp3

Min hawn int tista tniżżel il-video ta' din is-song biex tkun tista tara fuq l-mp4 tiegħek. Il-file format huwa .amv

Lejh biss . . .

Lejh biss irrid inħares il-ġranet kollha ta' ħajti!


Hekk ipproponew il-bieraħ erba' żgħażagħ mill-parroċċa tagħna, fiċ-ċerimonja tal-Kandidati.

Min qalbna aħna nifirħu lil: Charlot Attard; Christian Cassar; Gabriel Abela u l-Marco Bonnano u nawgurawlhom illi b'qalbhom kollha jħarsu lejn Dak li sspira ħafna nies, lejn Dak li jwettaq il-ħolm tal-bniedem għax Huwa jista' kollox.

Kien l-istess Ġesu' li sspira lil Dun Ġorġ bil-ħolma tal-Museum, dik il-ħolma li issa huma ser jkollhom ix-xorti li jgħixu.

Nawgurawlkom ħafna u nwegħdukom it-talb tagħna.

Saturday, September 15, 2007

Wednesday, September 12, 2007

Int x'int tagħmel?


Għadu wisq żgħir biex jaħseb f'Alla.


Issa distratt wisq biex jaħseb f'Alla.

Issa qed tieħu wisq gost biex taħseb f'Alla


Issa għajjiena wisq biex taħseb f'Alla


Issa mitluf wisq biex jaħseb f'Alla

Issa mgħaġġel wisq biex jaħseb f''Alla



Issa għandha wisq x'tagħmel biex taħseb f'Alla



Issa tard wisq biex jaħseb f'Alla


U INT?

...mimlija bil-grazzja...

L-anġlu lil Marija sellimilha bil-kelmiet li aħna tant nużaw meta ngħidu is-Sliema: "Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja"

Kemm huma sbieħ il-kelmiet "mimlija bil-grazzja" meta huma indirazzati għal din l-Omm tagħna. Juruna kemm verament Marija Ssma għandha tkun dak il-mudell li aħna nimitaw.

Wara li dehrilha l-anġlu Marija marret iżur lil qariba tagħha Eliżabetta, u meta din ferħet u stagħġet li Omm il-Mulej kienet marret għandha, tant li t-tarbija f'ġufha qabżet bil-ferħ, Marija bil-kelmiet tal-Magnificat wieġbet: "Għax Hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħU, min issa 'l quddiem, kull nisel jibda jsejjaħli hienja"

Mela minkejja li Marija kienet mimlija bil-grazzja hija kienet taf li mingħajr Alla hija ma tista tagħmel xejn, pero' kienet taf li għax hija kienet mimlija fiduċja f'Alla u lesta li tagħmel dak kollu li jridha hu kull nisel kien ser isejħilha hienja. Mela ma nibżgħux nirrikorru għand din l-Omm tagħna li ta' kulljum tisteninha li nkelmuha speċjalment bit-talba tant għażiża għalija - ir-Rużarju.

Inkantaw jew ngħidulha din it-talba li San Ġorġ Preca kiteb biex is-soċi u l-kandidati jgħiduha ta' kuljum:


Qima lil Marija Santissma

Bil-grazzja mimlija,
Omm u dejjem Xebba,
Ħelwa Ommna Marija:
Itlob 'l Alla għalina.

Kull kreatura, o Marija, tinkina (inkin) quddiemek, għax tassew ħwejjeġ kbar għamel miegħek Dak li huwa setgħani.
Alla l-Missier tak is-smewwiet u l-art;
Alla l-Iben tak l-ubbidjenza fis-sottomissjoni;
Alla l-Ispirtu s-Santu tak kemm tista' tkun eżaltata kreatura minn Alla fl-ogħla grad.

San Anton


X'bidla saret f'San Anton matul din il-ġimgħa!!!

Dan il-ġnien publiku minn dejjem kien wieħed mill-iktar sereni u sbieħ ġewwa Malta, u l-Maltin kollha, speċjalment it-tfal jieħdu gost meta tkun ippjanata xi ħarġa għal San Anton! Imma matul din il-ġimgħa xi ħaġa speċjali - għax matul din il-ġimgħa f'San Anton wieħed jista jagħmel esperjenza mhux tas-soltu.

Is-Soċjeta' tal-Museum, biex tiċċelebra l-100 sena mit-twaqqif tagħha qegħda tagħmel ġimgħa sħiħa f'dan il-ġnien.
Hija ġimgħa fejn INT:
  • tista ssir taf iktar lil din is-Soċjeta,
  • issir taf iktar lill-Fundatur tagħha
  • issir taf iktar int min int u kif tista timxi l-quddiem fil-ħajja tiegħek
  • jekk trid, tista tagħmel ġimgħa t'esperjenza magħna

F'San Anton issib diversi zoni li biex idurhom kollha sew u bir-reqqa trid tmur u terġa tmur bħal ma ġa għamlu ħafna Maltin.

Hija xi ħaġa ferm sabiħa li tara daqstant nies f'dan il-post. EJJA INT UKOLL U ŻGUR LI MA JIDDISPJAĊIKX!!!

http://www.sdcmuseum.org/Sdc.htm

Wednesday, September 5, 2007

X'Esperjenza!

X'esperjenza kellna matul din il-ġimgħa - esperjenza fejn wieħed jista' jismagħa ftit fuq diversi kitbiet li ħallielna San Ġorġ Preca.

  • L-Intenzjoni Retta: fejn is-Sup. Carmen Xuereb urietna kemm verament Dun Ġorġ għamel kollox għall-glorja t'Alla u kif aħna nistgħu nimitawh. Xi ħadd qalli li din il-ħaġa - li nagħmlu kollox għall-ikbar glorja t'Alla - vera laqtitu u li hemm bżonn li jirepetiha lilu nnifsu ta' spiss. Wara ħsibt kemm kont ilni nafha din il-ħaġa, u kemm kont ilni nismagħha pero kont qed ninsa nfakkarha lili nnifsi xi kultant. TAJJEB LI NIPPRATIKAW DAK LI NISIMGĦU TA' SPISS.
  • Il-Ktieb il-Kbir: Hawn is-Sup. Mansy Cutajar wrietna kif Dun Ġorġ kien jimita l-Ġesu' Kurċifiss, li hu kien isejjaħlu il-Ktieb il-Kbir. Ħarġet diversi affarijiet li wieħed jista' jaħseb fuqhom meta jħares lejn il-Kurċifiss fosthom: il-Maswetudni; l-Umilta'; l-Faqar. Tajjeb li ta' spiss nħares lejn dan l-Imgħallem wieħed tal-bnedmin u minnu nixorbu t-tagħlim tal-ħajja ta' dejjem.

  • Id-Dixxipulat: Hawnhekk Sup. Josephine Farrugia wrietna syllabus li wieħed irid jagħmel biex ikun fl-iskola ta' Kristu. Kemm hemm suġġetti sbieħ li tajjeb li ninkorporawhom fil-ħajja tagħna.
  • Il-Benedicta: F'din il-laqgħa smajna ħafna, permezz tas-Sup. Doris Ghio, fuq l-importanza tar-rużarju u kemm privileġi Marija Santissima għamlet għal dawn li jgħidu r-rużarju kuljum. Uriet tajjeb li wieħed mhux għax verament m'għandux ħin biex jgħid ir-rużarju imma għax ħafna drabi wieħed ma jkunx irid.
  • L-Orazzjoni: Fl-aħħar ta' din il-ġimgħa ta' tagħlim, is-Superjura Ġenerali Phyllis Falzon urietna kemm fit-talb għadna bżonn tal-perseveranza u l-umilta'.

Kienet ġimgħa fejn żgur kull min ġie tgħallem xi ħaġa li swietlu ta' ġid. Ejjew mhux biss nisimgħu u nitgħallmu, imma nipratikaw dak li aħna nkunu smajna.

Tuesday, September 4, 2007

Ġimgħa ta' Tagħlim 2007

Il-Ġimgħa ta' Tagħlim li bħalissa ninsabu fija qegħda tkun okkażjoni ferm sabiħa, fejn ħafna Siġġiwin qegħdin jattendu biex jitgħallmu.

Kulħadd jieħu gost li jkollu xi blank cheque iffirmat u li jista jsarfu meta jrid. It-Tagħlim hekk hu - titgħallem u meta jkollok bżonn dik it-tagħlima, għax tkun f'xi ċirkustanza partikolari, int tkun tista ssarafa dak ic-cheque billi tiftakar dak li tkun tgħallimt u tiprattikah.

Għalhekk attendi int, u għid lill-oħrajn jiġu wkoll!!


For more widgets please visit www.yourminis.com