X'esperjenza kellna matul din il-ġimgħa - esperjenza fejn wieħed jista' jismagħa ftit fuq diversi kitbiet li ħallielna San Ġorġ Preca.
- L-Intenzjoni Retta: fejn is-Sup. Carmen Xuereb urietna kemm verament Dun Ġorġ għamel kollox għall-glorja t'Alla u kif aħna nistgħu nimitawh. Xi ħadd qalli li din il-ħaġa - li nagħmlu kollox għall-ikbar glorja t'Alla - vera laqtitu u li hemm bżonn li jirepetiha lilu nnifsu ta' spiss. Wara ħsibt kemm kont ilni nafha din il-ħaġa, u kemm kont ilni nismagħha pero kont qed ninsa nfakkarha lili nnifsi xi kultant. TAJJEB LI NIPPRATIKAW DAK LI NISIMGĦU TA' SPISS.
- Il-Ktieb il-Kbir: Hawn is-Sup. Mansy Cutajar wrietna kif Dun Ġorġ kien jimita l-Ġesu' Kurċifiss, li hu kien isejjaħlu il-Ktieb il-Kbir. Ħarġet diversi affarijiet li wieħed jista' jaħseb fuqhom meta jħares lejn il-Kurċifiss fosthom: il-Maswetudni; l-Umilta'; l-Faqar. Tajjeb li ta' spiss nħares lejn dan l-Imgħallem wieħed tal-bnedmin u minnu nixorbu t-tagħlim tal-ħajja ta' dejjem.
- Id-Dixxipulat: Hawnhekk Sup. Josephine Farrugia wrietna syllabus li wieħed irid jagħmel biex ikun fl-iskola ta' Kristu. Kemm hemm suġġetti sbieħ li tajjeb li ninkorporawhom fil-ħajja tagħna.
- Il-Benedicta: F'din il-laqgħa smajna ħafna, permezz tas-Sup. Doris Ghio, fuq l-importanza tar-rużarju u kemm privileġi Marija Santissima għamlet għal dawn li jgħidu r-rużarju kuljum. Uriet tajjeb li wieħed mhux għax verament m'għandux ħin biex jgħid ir-rużarju imma għax ħafna drabi wieħed ma jkunx irid.
- L-Orazzjoni: Fl-aħħar ta' din il-ġimgħa ta' tagħlim, is-Superjura Ġenerali Phyllis Falzon urietna kemm fit-talb għadna bżonn tal-perseveranza u l-umilta'.
Kienet ġimgħa fejn żgur kull min ġie tgħallem xi ħaġa li swietlu ta' ġid. Ejjew mhux biss nisimgħu u nitgħallmu, imma nipratikaw dak li aħna nkunu smajna.