Friday, December 21, 2007

Jum 1: Id-Divinita' ta' Kristu

Immaġina lilek innifsek tipprova tikkomunika man-nemel.... jista jirnexxilek? Huwa xi ftit diffiċli.


Issa mmaġina lil Alla jipprova jikkomunika mal-bnedmin - meta dawn ma tantx jixtiequ jagħtu kasu! Imma Alla għax huwa verament kbir u jħobb b'imħabba tal-ġenn lill-bniedem isir bniedem bħalna. Dan ma jfissirx li Alla issa sar bniedem biss imma jfisser li Alla sar bniedem pero' żamm id-Divinita tiegħu ukoll.


Ħares mela lejn iċ-ċkejkna tarbija fl-għar ta' Betlehem u bħal-Maġi adura lil Alla tiegħek.

Sunday, December 16, 2007

Novena


Nistgħu ngħidu li l-Avvent wasal kważi fi tmiemu u l-Knisja bdiet tħejjina biex niċċelebraw it-twelid tas-Salvatur tagħna permezz tan-Novena.

San Ġorġ Preca, kellu għal qalbu ħafna l-Milied u ma naqassx li huwa wkoll iħejji novena għall-membri tiegħu biex jgħinhom jimmeditaw fuq suġġetti diversi fosthom il-Faqar, l-Umanita' ta' Kristu u suġġetti oħra.

Din in-Novena kellha tibda fit-13 ta' Diċembru u l-membri jkollhom suġġett jew tnejn bi ftit meditazzjonijiet fuq kull suġġett. F'dawn il-jiem li ġejjin ser nġibu riflessjonijiet fuq kull suġġett ta' din in-Novena.

In-Novena tispiċċa billi l-membri, għarkubtejjhom u b'rashom baxutha jgħidu għal-disa' darbiet:

L-Iben t'Alla sar Bniedem - Glorja lil Missier u lil Iben u lil Ispirtu s-Santu.
U mbagħad tingħad Sliema u Qaddisa.

Din hija ħaġa sabiħa ħafna u tajjeb li fil-familji tagħna nagħmlu din it-talba matul dawn id-disa' t'ijiem quddiem il-Bambin li għandna fi djarna.


Sunday, November 25, 2007

Kristu Re...

Din il-festa liturġika ta' Kristu Re hija waħda li żgur tfakkarna fuq kemm aħna rridu nimxu wara dan is-sultan li qatt ma jinsina.

Tant hu hekk li anke meta kien minxur fuq salib - kwazi bla ħajja - minxur bejn żewġ ħallelin, li għalkemm it-tnejn li huma kienu ħatja kellhom attitudni fejn differenti min ta' xulxin dwar is-sentenza li huma rċevew.

Wieħed minnhom kien qed jara biss it-tmiem u xejn iktar. Imma l-ieħor, ra sinjal quddiemu, ra miktub fuq is-salib ta' Ġesu': "Dan hu s-Sultan tal-Lhud." u bħal wieħed li ma kellux x'jitlef iddeċida li jimxi fuq dan is-sinjal u lil Ġesu' qallu: "Ftakar fija meta tkun fis-Saltna tiegħek." Turina kemm kien ċert li dak li kien qed jagħmel Ġesu' kien qed jagħmlu għal-ġid tan-nies li huwa ried fis-Saltna Tiegħu. U Ġesu' tah dak li xtaq: "Il-Lejla tkun miegħi, il-Ġenna."

Dak il-ħalliel tajjeb ngħidu li seraq il-ġenna wkoll - imma jiena naħseb li mhux seraq il-ġenna, imma fehem verament li ħajtu kella tkun kollha ma' dan is-Sultan li bħalu kien imsallab, u biex ma jitlef xejn mill-minuti li kien għad fadallu mbiegħed minnU qallu hekk.

J'alla aħna wkoll nifmhu li kull minuta li jkollna mbegħdin min mas-Sultan tagħna Ġesu' din tkun moħlija.

Thursday, November 15, 2007

Saturday, November 10, 2007

Spirtu t'Alla...


Illum fil-parroċċa tagħna għandna l-Griżma ta' l-Isqof. Din hija okkażjoni ferm sabiħa għal dawk li llum ser jerġgħu jgħidu iva lil Alla u jerġgħu jikkonfermaw li huma jridu jgħixu ta' vera nsara.

Imma huma ferm iktar dawk li diġa għamlu l-Griżma ta' l-Isqof u tajjeb li naħsbu kif qegħdin ngħixu l-Griżma li rċivejna żmien ilu.

Ejja mela naħsbu ftit ma' dawn it-tfal:
  • Lesta jiena li nħalli l-Ispirtu t'Alla jmexxili l-ħajja tiegħi?
  • Lesta jiena li nagħmel dejjem dak li hu tajjeb u qatt dak li hu ħażin?
  • Lesta jiena li nuri verament x'nemmen u ngħix dak li nemmen?

Nitlob lill-Ispirtu t'Alla jgħina billi nitolbu: Spirtu s-Santu Alla dawwal is-sensi, kebbes il-qalb ta' l-iskulari ta' Ġesu' Kristu. Amen

Sunday, November 4, 2007

AWGURI!!

Nawguraw min qalbna lil Malcolm Agius (mill-Parroċċa San Ġużepp, l-Imsida), Glen Buhagiar (mill-Parroċċa Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar), Jonathan Farrugia (mill-Parroċċa Marija Assunta, l-Imqabba), u lil Ewkarist Zammit (mill-Parroċċa San Nikola, is-Siġġiewi), li llum 4 ta' Novembru Mons. Arċisqof Pawl Cremona ser jordna bħala djakni.
Niftakru fihom fit-talb tagħhom biex huma jibqgħu dejjem qrib ta' daK lil lilU jridu jaqdu: Kristu Ġesu'.


Novembru

Kont qed naħseb ftit fuq il-bidu ta' dan ix-xahar speċjalment f'dawn il-ġranet fejn l-ewwel ħsibna fuq il-qaddisin kollha u mbagħad fuq il-mejtin tagħna.

Vera hi xi ħaġa sabiħa li f'dan iż-żmien qabel ma jibda żmien l-Avvent li jgħinna niffukaw iktar fuq il-Milied, il-Knisja tqegħdilna fuq il-ħsieb tagħna l-Qaddisin.

Min huma l-Qaddisin?
Il-Qaddisin huma dawk li għexu il-ħajja tagħhom bil-mod kif riedhom Alla, b'intimita kbira miegħu u ħadmu kemm setgħu fuq il-perfezzjoni fil-ħajja tagħhom, bil-grazzja li Alla jitfa fihom.
Tinstema xi ħaġa faċli meta taqra hekk imma fil-verita' din tista tkun il-programm ta' ħajjitna.

Imbagħad naħsbu fil-mejtin tagħna li wkoll ipruvaw jgħixu ħajja tajba. Dawn huma nies li aħna nafu, li jista jkun li jiġu minna jew inkella ħbieb tagħna li min jaf kemm-il darba kienu ta' għajnuna għalina. Bħalna dawn ġieli għamlu affarijiet ħżiena u għalhekk importanti li nitolbu għalihom.

Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu huma fis-sliem. Amen.


For more widgets please visit www.yourminis.com