Sunday, March 9, 2008

Ittra lil Ġesu'

Għażiż Mulej,
Qaluli li int ma teżistix. U, stupidu li jien, emminthom. Il-lejl li għadda, minn ġo qiegħ ħofra ta' bomba, rajt il-kwiekeb ileqqu.

F'daqqa intbaħt bil-verita'. Dak li kienu qaluli kien kollu gideb. Kieku biss waqaft ftit inħares madwari malajr kont nintebaħ li l-ħolqien ikelimni fuqek.

Min jaf, Mulej, jekk taċċettax li żżommli jidejja wara tant snin imbiegħed minnek! Imma int tifhimni żgur. Għaliex kellu jkun dan l-infern ta' gwerra biex nilmaħ lil wiċċek jiddi minn bejn splużżjoni w oħra? Irrid ngħidlek ħaġa waħda: INĦOBBOK b'imħabba tal-ġenn!

Għada t-taqbida ser tkun bla ħniena. Min jaf, forsi narak. Tgħid ikun hemm tistennieni wara l-bieb tal-mewt? Ara, qiegħed nibki... Ah! Mhux li għaraftek qabel! Kemm ili li sibtek m'għadnix nibża' li mmut. Saħħa... Narak...

Sunday, March 2, 2008

It-Tina Biskuttina

Kull nhar ta' Ħadd, aħna, bħala qasam, immorru passiġġata. Hi xi ħaġa li mhux biss tgħinek tieħu ftit break imma wkoll tagħtik enerġija ġdida għall-ġimgħa li tkun ġejja, barra li napprezzaw in-natura u l-ħolqien li jressaqna aktar lejn Alla.

Matul dawn il-passiġġati nilagħbu u nsiru nafu aktar lil xulxin. Barra min hekk xi kultant inkantaw ukoll!! Waħda mill-aktar poeżiji popolari fostna hija din t'hawn taħt:



It-Tina Biskuttina
it-tina biskuttina
l-musbieħ irid il-ftila
l-ftila mhux musbieħ
u l-ikrah mhux sabiħ
is-sabiħ mhuwiex ikrah
l-għaref mhuwiex iblah
l-iblah mhuwiex għaref
u l-frieket mhux imgħaref
l-imgħaref mhumiex frieket
l-imqajjem mhuwiex rieqed
ir-rieqed mhux imqajjem
u l-ħbula m’humiex ktajjen
il-ktajjen mhumiex ħbula
l-werqa mhijiex żbula
iż-żbula mhijiex werqa u
r-ragħda mhijiex berqa.
il-berqa mhijiex ragħda
llum mhuwiex għada
għada mhux illum u
xkubetta mhix kanun
il-kanun mhux xkubetta
fula mhix karawetta
karawetta mhijiex fula
u l-wiżgħa mhix gremxula.
gremxula mhijiex wiżgħa
irġiel mhumiex nisa
nisa mhux irġiel
u pitravi mhux brunġiel
il-brunġiel mhux pitravi
kantuni mhumiex travi
it-travi mhux kantuni
u l-baqar mhux muntuni
il-muntuni mhumiex baqar
għana mhuwiex faqar
faqar mhuwiex għana
u reġina mhix sultana
is-sultana mhix reġina
torta mhix pudina
puuuudiiiiina mhijiex torta u fid-dinja ħadd m’hu xooortaa!!

Saturday, February 23, 2008

Pastorali Randan 2008

Isma, aqra u mmedita fuq dawn il-mesaġġi li l-Isfqijiet tagħna jixtiequ li jgħaddulna matul dan iż-żmien.











Thursday, February 21, 2008

Ma nibżax

Katekist saqsa lil wieħed mit-tfal tal-klassi tiegħu: "Tgħid talba qabel torqod?"
Tifel: "Iva"
Katekist: "U fil-għodu x'ħin tqum, tgħid talba?"
Tifel: "Le"
Katekist: "Għala ma tgħidx talba fil-għodu?"
Tifel: "Għax fil-għodu ma nibżax!"


Forsi xi drabi nirraġunaw bħal kien qiegħed jirraġuna dan it-tifel, għax ma jkolli bżonn xejn jew għax miniex beżagħna min xi ħaġa mela allura m'għandix għalfejn nitlob.

X'inhuma l-beżgħat tiegħi fil-ħajja? Tajjeb li matul dan iż-żmien tar-Randan nitkellem fuqhom ma' Ġesu', wara kollox huwa wkoll beżgħa fil-ġnien tal-Ġetsemani. Forsi nibża mill-falliment, li ma nirnexix fil-ħajja tal-familja jew tal-business, forsi nibża min dak li jaqilgħu fuqi sħabi jew kollegi tiegħi etc...

Huma x'inhuma l-beżgħat tiegħi ħaġa waħda ċerta: Ġesu' jista' jifimhom. Mela x'int tistenna biex titkellem fuqhom miegħU?

Monday, February 11, 2008

San Pawl Missierna

San Pawl ħalla l-Id tal-Mulej tmexxih, imma mhux biss - huwa koopera magħha. Jien x'jien nagħmel??

Video: L-Id Moħbija (mill-Oratorju: Pawlu ta' Malta)




Video: Il-Wegħda u t-Tislima (mill-Oratorju: Pawlu ta' Malta)

Saturday, February 9, 2008

40 Jum

Ir-Randan. . . 40 jum . . . penitenza . . . sawm. . . sagrifiċċju . . . min ma semgħax bihom f'dawn iż-żminijiet?

Lit-tfal ngħidulhom: tiklux ħelu; obdu iktar; oqogħdu iktar bravi - għax ir-Randan.

Imma dawn mhux affarijiet li għandna nagħmluhom dejjem. Allura għalfejn issa iktar min qabel?

U dan propju l-punt ta' dawn il-ftit ħsibijiet... għalfejn ir-Randan? Għalfejn dawn l-40 jum?

Dawn l-40 jum huma ta tħejjija għalina - biex aħna nippreparaw lilna nfusna biex inkunu iktar ppreparati għall-festa kbira ta' l-Għid: tal-mewt u l-qawmien ta' Sidna Ġesu' Kristu. Dan iż-żmien huwa żmien li għandu jservi ta' riflessjoni ftit iktar mis-soltu, mhux għax is-soltu m'għandniex niriflettu, imma għandna nirriflettu iktar.

Mela aħseb ftit iktar. . . ġib ruħek aħjar ma' dawk ta' madwarek. . . aħfer lil min naqsek. . . ġib ruħek aħjar ma uliedek. . . ikkomunika ma min ilek ma tkellem. . . gerger inqas. . . u aħseb int iktar x'tista tagħmel. . . imma
FUQ KOLLOX ITLOB IKTAR!

Thursday, January 3, 2008

Il-Bidla....

Tkun fejn tkun f'dawn l-ewwel jiem tas-sena 2008 bla ma trid tara nies li għadhom qed jibdlu l-flus Ewro mal-Lira Maltija.
Din il-ħaġa lili ġagħlitni naħseb ftit mhux ħażin fuq bidla oħra li aħna, li bil-għajnuna t'Alla għandna l-grazzja li bdejna din is-sena nistgħu naħsbu ftit fuqha. Il-Bidla li aħna għandna nagħmlu biex il-ħajja tagħna timxi dejjem il-quddiem.

Aħseb ftit:
  • Beħsibni nitratta lil ta' madwari b'iktar imħabba?
  • Beħsibni nkun ġust/a ma dawk ta' madwari?
  • Beħsibni nrażżan ilsieni u hekk ma nħallix kliem li jweġġa jiżloq min ħalqi?
  • Beħsibni nieħu deċiżjoni li ngħix ta' vera nisrani li jien?/span>

Naħseb li hemm bidla ikbar tistenninha matul din is-sena: il-bidla li int trid tagħmel personalment quddiem Alla!

Is-sena bdiet ... il-bidla tiegħek innifsek bdiet?




For more widgets please visit www.yourminis.com