Saturday, June 30, 2007

San Pietru u San Pawl


Kemm hi xi ħaġa sabiħa, li l-Knisja Kattolika għażlet li tiċċelebra il-festa ta' dawn iż-żewġ qaddisin kbar fl-istess ġurnata. Dan mhux għax mietu flimkien, imma għax it-tnejn li huma huma żewġ kolloni kbar tal-Knisja.



X'għandhom iktar komuni dawn iż-żewġ qaddisin li minnhom aħna nistgħu nitgħallmu?



  • Naraw li t-tnejn li huma f'waqtiet min ħajjithom ma aċċetawx lil Ġesu'.

Pietru itradixxa lil Ġesu' tlett darbiet u Pawlu għamel parti min ħajtu jippersegwita lil insara u hekk jaħdem biex il-Knisja ma tkomplix tinxtered. Madanakollu ma waqfux hemm għax meta Ġesu' tagħhom ic-challenge li jinbidlu u li jkollhom sehem attiv fil-Knijsa ma saqsewx "għaliex" jew "għalfejn" imma aċċettaw dik l-istedina u qalulu iva. Pietru jistqarr tlett darbiet li jħobb lil Ġesu', u għalkemm ħass għafsa ta' qalb għax saqsih tlett darbiet, tant kien ċert li jħobb lil Ġesu' li qallu li anke Hu jaf li jħobbu: "Iva Mulej, int taf li nħobbok." (Ġw 21:16). Pawlu meta waqa min fuq iż-żmien staqsih: "Min int Mulej?" u din il-mistoqsija turina li hu ried li jsir jaf lil Ġesu'. Hekk aħna wkoll, anke jekk niżbaljaw għandna dejjem naċċettaw il-ħniena t'Alla li jaħfrilna dnubietna, u wkoll il-grazzja li huwa jagħtina meta jsejħilna għal dik it-triq li huwa jridna ngħixu għall-glorja tiegħU.

  • Dawn iż-żewġ qaddisin ħadmu bil-ħila kollha tagħhom biex iwasslu l-Kelma ta' Ġesu', mhux biss fejn kienu jgħixu imma madwar id-dinja kollha.

U ngħidu bejna u bejn ruħna: "Issa jiena posti nippriedka lil dak jew lil ieħor? Mela jien naf kif?" Importanti li nifmhu li wieħed jista jwassal il-messaġġ mhux biss permezz tal-kliem, imma wkoll permezz ta' l-eżempju tiegħu.

Inti tkun ta' ċanfira għal sħabek tax-xogħol jekk inti ma titlaqx qabel suppost mill-ħin u dejjem tagħmel xogħolok sew, anke jekk jagħduk biż-żmien.

Inti tkun ta' ċanfira għal sħabek ta' l-iskola jekk minflok tiskarta lezzjonijiet, tfittex li toqgħod attenta għalihom u tagħmel ħiltek biex tmur tajjeb, mhux biss biex iġib riżultati tajbin, imma wkoll għax dak huwa li Alla dak irid minnek.

Jekk int tgħix tajjeb tkun qed twassal il-messaġġ ta' Ġesu' bl-aktar mod effettiv.

  • Kemm San Pietru u wkoll San Pawl ma beżgħux juru l-fidi tagħhom, anke meta din kienet tmur kontra dik ta' l-awtoritajiet.

Illum il-ġurnata aħna wkoll qed nisimgħu b'diversi settet u reliġjonijiet li qed jipproponu mod ta' ħajja ġdida. Ma rridux nibżgħu nuru li aħna nemmnu f'Ġesu' u li aħna membri tal-Knisja Kattolika. Għandna wkoll bi prudenza kbira nidefendu ruħna min dawk li forsi joħduha kontra r-reliġjon tagħna.

Hemm ħafna iżjed punti x'wieħed iżid dwar San Pietru u San Pawl u hemm diversi punti oħra li aħna nistgħu nimitaw fihom. Imma dawk inħalluhom għal darba oħra għax b'dawn biss ukoll għandna biżżejjed!

Paniġierku 1997

Il-Paniġierku fil-festa ta' San Nikola tas-Sena 1997 kien sar minn Patri Pawl Cremona O.P. li llum huwa l-Arċisqof ta' Malta.

Isma dan il-paniġierku minn hawn:

Sunday, June 24, 2007

Illum ġewwa s-Siġġiewi qegħdin niċċelebraw il-festa tal-patrun tagħna San Nikola.

Isma l-paniġierku li niseġ Monsinjur Paul Vella fil-quddiesa tal-festa li kienet ikkonċelebrata mill-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Merċieca.

Monday, June 18, 2007

Ħajja ta' San Nikola

Din hija ftit informazzjoni fuq il-ħajja tal-qaddis patrun tas-Siġġiewi: San Nikola ta' Bari


Sunday, June 17, 2007

Dear God . . . about my daddy

Dear God,

Thanks for giving me a daddy. You knew just what I’d need! In case you need to make daddies for other kids, I thought you might like to know what I like best about the one you sent me:

A good dad ...
1. knows everything (like how to tie shoes and drive a car)
2. is really smart (he even knows where the wind goes after it blows through the trees)
3. has a forgiving heart (for when I mess up)
4. is loaded with patience, patience, patience (he probably won’t need it, but just in case...)
5. has a comfy lap and a big laugh
(you understand about that, don’t you?)
6. tells me all about you and your son.


Your friend,
A Kid


P.S. I almost left out the best part! A good dad has real strong arms (to catch me when I fall. He
says you’re just like that, too.)

Aqra iktar fuq dan is-suġġett:
What makes a good Dad

Two related powerpoint are: A poem for Dad ; For Dad (click on title to download)

Isma iktar fuq dan is-suġġett:




Saturday, June 16, 2007

Is-Salib

Iż-żmien issa beda għaddej u żgur li issa kulħadd irkupra mit-tixriba li ħa nhar it-3 ta' Ġunju. Imma żgur ukoll li ħadd ma nesa l-esperjenza tant sabiħa li għadda minnha dak in-nhar.

Xi ħaġa li laqtitni fost l-affarijiet kollha li ilhom jintqalu fuq dan il-qaddis kien il-fatt li kunjomu "Preca" jfisser talb. U Dun Ġorġ din il-ħaġa kien jagħmilha tassew - għax kien jara li f'kull ħin u kull mument jkun fil-preżenza t'Alla.

Kien iħobb li qabel kull ħaġa li jagħmel huwa jrodd is-salib, drawwa li f'Malta kienet tiġi pratikata ta' sikwit - imma li issa naqset ħafna. Hija ħasra - għax ir-radd tas-salib, mhux biss huwa sinjal li inti temmen f'Alla wieħed, fi tlett persuni, u li inti permezz tar-radd tas-salib, qed tidħol fil-preżenza t'Alla, imma hija wkoll mod kif inti titlob l-għajnuna ta' Alla.

Mela ipproponi miegħek innifsek li kull meta:
  • tkun sejjer x'imkien bil-mixi
  • titla fuq karozza
  • tkun ser issuq
  • tkun ser tiekol jew tixrob
  • tkun ser tibda xi biċċa xogħol ġdida
  • kull fejn tħoss li għandek

rodd is-salib, b'konvinzjoni li Alla qiegħed hemm miegħek, lest biex jgħinek.

Isma lil Dun Ġorġ u isma' b'liema devozzjoni jrodd is-salib.
San Gorg Preca - radd tas-salib.mp3


Monday, June 11, 2007

Youth . . . . Adoration


Benedict XVI noted that youth are showing great interest in adoration. "I invite priests to encourage youth groups in this, but also to accompany them to ensure that the forms of adoration are appropriate and dignified, with sufficient times for silence and listening to the word of God," the Pope said.

He continued: "In life today, which is often noisy and scattered, it is more important than ever to recover the capacity for interior silence and recollection: Eucharistic adoration permits one to do this not only within one's 'I' but rather in the company of that 'You' full of love who is Jesus Christ, 'the God who is near us.'"

May the Virgin Mary, Eucharistic Woman, lead us into the secret of true adoration. Her heart, humble and silent, was always recollected around the mystery of Jesus, in whom she worshipped the presence of God and his redemptive love."

Kemm hija xi ħaġa sabiħa li l-Kap tal-Knisja jinnotta li ż-żgħażagħ qed jinduna bl-importanza ta' l-Ewkaristija u jħeġġeġina lkoll għax quddiem l-Ewkaristija aħna nkunu nistgħu nkunu aħna sħaħ - "to the full" - quddiem Ġesu' nkunu fl-aħjar tagħna u bl-aqwa pontenzjal li għandna.


Isma lil Dun Ġorġ jagħti l-Barka tiegħu:



For more widgets please visit www.yourminis.com