Saturday, June 16, 2007

Is-Salib

Iż-żmien issa beda għaddej u żgur li issa kulħadd irkupra mit-tixriba li ħa nhar it-3 ta' Ġunju. Imma żgur ukoll li ħadd ma nesa l-esperjenza tant sabiħa li għadda minnha dak in-nhar.

Xi ħaġa li laqtitni fost l-affarijiet kollha li ilhom jintqalu fuq dan il-qaddis kien il-fatt li kunjomu "Preca" jfisser talb. U Dun Ġorġ din il-ħaġa kien jagħmilha tassew - għax kien jara li f'kull ħin u kull mument jkun fil-preżenza t'Alla.

Kien iħobb li qabel kull ħaġa li jagħmel huwa jrodd is-salib, drawwa li f'Malta kienet tiġi pratikata ta' sikwit - imma li issa naqset ħafna. Hija ħasra - għax ir-radd tas-salib, mhux biss huwa sinjal li inti temmen f'Alla wieħed, fi tlett persuni, u li inti permezz tar-radd tas-salib, qed tidħol fil-preżenza t'Alla, imma hija wkoll mod kif inti titlob l-għajnuna ta' Alla.

Mela ipproponi miegħek innifsek li kull meta:
  • tkun sejjer x'imkien bil-mixi
  • titla fuq karozza
  • tkun ser issuq
  • tkun ser tiekol jew tixrob
  • tkun ser tibda xi biċċa xogħol ġdida
  • kull fejn tħoss li għandek

rodd is-salib, b'konvinzjoni li Alla qiegħed hemm miegħek, lest biex jgħinek.

Isma lil Dun Ġorġ u isma' b'liema devozzjoni jrodd is-salib.
San Gorg Preca - radd tas-salib.mp3



For more widgets please visit www.yourminis.com