Sunday, June 10, 2007

Corpus - Il-Festa tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej

Ġesu' meta miet ma ħalliniex waħedna, anzi, sa min qabel waqt l-aħħar ċena huwa kien ħalla lilu nnifsu fix-xbieha tal-ħobż u ta' l-inbid. Din hija xi ħaġa li għandha tkun mezz ta' għaqda bejn l-insara kollha.

Fit-Testment il-Qadim, il-qassis Melkiesedek offra lil Alla ħobż u nbid.
Fit-Testment il-Ġdid, Ġesu' jġedded dik l-offerta billi l-ħobż u l-inbid li huwa joffri lil Alla l-Missier jibdilhom f'ġismu u f'demmu bil-kelmiet: "Dan hu ġismi" ; "Dan hu demmi".

Imma Ġesu' ma waqafx hemm. Ġesu' kompla: "Għamlu dan b'tifkira tiegħi". U hekk bdew jagħmlu l-ewwel insara - bdew jiltaqaw biex flimkien jiftakru f'Ġesu' u permezz tal-Konsagrazzjoni jerġgħu ikunu fil-preżenza ta' Ġesu' taħt ix-xbieha ta' l-Ewkaristija.

Hekk għandna nagħmlu aħna wkoll illum! Ejjew mela ma ninsewx b'din il-grazzja tant kbira li għandna. Aħna ta' kuljum nistgħu nirċievu lil Ġesu' ġewwa fina. Barra min hekk nistgħu nitkellmu miegħu f'xi kappella tas-Sagrament li għandna mxerdin madwar Malta.


Mela aħtaf l-opportunita TA' KULJUM: u ħu sehem fil-quddiesa u żur lil Ġesu Sagramentat!

Ikklikja fuq din l-istampa biex tara fejn jinsabu l-Kappeli tas-Sagrament madwar Malta u l-ħinijiet li fihom ikunu miftuħa.



For more widgets please visit www.yourminis.com