Wednesday, June 6, 2007

Kanonizzazzjoni!

Il-Kanonizzazzjoni li ħafna Maltin esperjenzaw il-Ħadd li għadda kienet xi ħaġa unika. Min kien hemm, min segwa kollox min fuq l-istazzjonijiet tat-TV u anke min ingħaqad ma xi oħrajn, f'xi paroċċa u segwa dan l-aveniment min fuq big screen li ġie organizzat mill-paroċċa. Kienu fejn kienu n-nies żgur li kien hemm atmosfera ta' ferħ, atmosfera li meta taħseb fuq aktar tard tagħtik ħafna kuraġġ biex tkompli tgħix il-ħajja tiegħek fil-ferħ t'Alla.

Ix-xita li għamlet kienet waħda tremenda. Bħal ma qal il-postulatur fil-quddiesa tar-Ringrazzjament, Dun Ġorġ bħala t-tieni missier tagħna, għammidna għat-tieni darba.

Waqt l-omelja tal-Kanonizzazzjoni l-Papa Benedittu XVI tkellem fil-qosor fuq kull qaddis/a. Meta kien qed jgħid fuq Dun Ġorġ huwa semma punti li żgur li nistgħu ndaħħlu fil-ħajja tagħna.

Dawn kienu:

"Fu un sacerdote tutto dedito all’evangelizzazione: con la predicazione, con gli scritti, con la guida spirituale e l’amministrazione dei Sacramenti e prima di tutto con l’esempio della sua vita."

Kien saċerdot li wasal l-evanġelju b'kull mod imma b'mod speċjali bl-eżempju tal-ħajja tiegħu. U dan aħna nistgħu nimitaw! Ejjew ngħixu ħajjitna b'ta li mod li tkun tirrifleti lil Ġesu' li qed jgħix ġewwa fina.

"Amava ripetere: “Signore Dio, quanto ti sono obbligato! Grazie, Signore Dio, e perdonami, Signore Dio!”.

L-espressjoni "Grazzi Sinjur Alla, u aħfirli Sinjur Alla" kulħadd jafha u hija espressjoni li jekk nirrepetuha ta' spiss, bħal ma kien jagħmel dan il-qaddis Malti żgur li tnissel ġewwa fin gratitudni għall-affarijiet kollha li Alla jagħtina, u maħfra sinċiera ta' dak kollu li aħna nagħmlu meta noffendu lil Alla jew lil xulxin.


Ejjew immela ma niftakrux din il-Kanonizzazzjoni biss biex niftakru l-esperjenza li għadejna minna, jew ix-xita kollha li għamlet y t-tixriba li forsi ħadna, imma ejjew niftakruha biex nħarsu lejn dan il-mudell li issa jista jinagħta l-qima ta' l-artali.

Dun Ġorġ kien Malti, qatt ma siefer, mexa fit-toroq li aħna nimxu, u għex it-tradizzjonijiet li ħafna minnhom għadna nipratikaw illum il-ġurnata. Huwa għex il-ħajja tiegħu għall-Alla u għamel dak li Hu xtaq minnu. Aħna nistgħu ngħixu hekk ukoll! Kurraġġ!


For more widgets please visit www.yourminis.com