Monday, August 27, 2007

Għandi bżonn......

" Sinjur Alla, jien għandi bżonnok",
hija waħda mit-talbiet li kien ta' spiss itenni San Ġorġ Preca.
U toqgħod taħseb ftit verament għandna bżonn lis-Sinjur Alla.
Għandna bżonnu:
  • Kull fil-għodu meta niġu biex noħorġu mid-dar, biex jieħu ħsieb lilna u lill-familji tagħna
  • Ma kull biċċa xogħol li nagħmlu, li apparti li noffruha għalih, permezz tagħha jkun jista jsir il-ġid.
  • meta nkun qed inħabbel moħħi għax xi ħaġa tkun ġewwa bil-kontra!
  • U għal dak kollu li ngħaddu minnu

Aħseb il-mumenti kollha li int, matul il-ġurnata tal-llum (anke jekk għadu fil-għodu kmieni) kellek bżonn lil Alla.

Mela ipproponi li min issa 'l quddiem kull meta jkollok bżonnU inti tirrekorri lejH għax hu jkun qed jisimgħek żgur.

Wednesday, August 15, 2007

Marija mtellgħa s-Sema . . . it-tama tagħna

Għas-solennita tal-festa ta' Marija Mtellgħa s-sema l-isfqijiet tagħna fl-ittra pastorali li kitbu aċċenaw għall-fatt li Marija mtellgħa s-sema hija t-tama tagħna għax hija turina l-futur li gie muri lilna min Alla.

Dan il-futur muri lilna minn Alla ma għandux x’jaqsam biss ma’ dak li qed jistenniena wara l-mewt, meta niltaqgħu ma’ Alla wiċċ imb’wiċċ, imma joffrilna għan għal ħajjitna li jissarraf fil-ħajja tagħna tal-lum. Infatti, it-tama nisranija mhix aljenazzjoni jew ħarba mill-impenn tal-ħajja ta’ kuljum. Jekk nifhmu hekk, inkunu qed inħaddnu ereżija. “Il-Knisja tgħallem”, jgħidilna l-Konċilju, “li t-tama eskatoloġika ma tnaqqasx l-importanza tad-dmirijiet fuq l-art, anzi ssaħħah it-twettiq tagħhom b’raġunijiet ġodda. Għall-kuntrarju, jekk jonqos il-pedament ta’ Alla u t-tama tal-ħajja ta’ dejjem, id-dinjita’ tal-bniedem tonqos ħafna …. u l-enigma tal-ħajja u l-mewt, tal-ħtija u ta’ l-indiema, jibqgħu bla tweġiba u għalhekk mhux ftit drabi l-bnedmin jaqgħu fid-disperazzjoni” (Gaudium et Spes, 21).

Mela ejjew f'kull ċirkustanza li nsibu ruħna fiha niftakru li aħna għandna tama li qatt ma tfallina - it-tama tagħna f'Alla u li anke jekk aħna bħalissa aħna qegħdin inbatu niftakru li Alla wegħdna l-ħajja ta' dejjem jekk nimxu skond il-kmandamenti tiegħu. Ma nibżgħux nitammaw f'Alla tagħna, għax aħna ma nagħmlux hekk biex neħilsu mill-problemi jew naljenaw ruħna imma nagħmlu dan biex nagħtu raġuni li tmur lil hinn minna nfusna għal dak kollu li aħna ninsabu fih.

Mela nħarsu lejn din l-omm tagħna u bħal ma għamlet hi nitammaw f'Alla tagħna.

Monday, August 13, 2007

Blogs tagħna . . . issa f'ppt

Ċertu blogs tagħna qed nagħmluhom f'powerpoints. Żur il-blogs ta':

Jekk ikollok bżonn xi blog min tagħna bħala feature ibagħat għidilna u aħna nagħmlu mill-aħjar li nistgħu.

Tuesday, August 7, 2007

Dun Ġorġ . . . bniedem ta' qabel żmienu

Kont qed nibbrowsja ftit fuq l-internet biex inkun naf x'inhu jiġri madwar id-dinja mill-aspett kattolika u ltqajt m'artiklu li wrieni kemm verament Dun Ġorġ (għax aħna li nafuh tant min kitbietu u l-istejjer fuqu nħossuna familjari miegħu u għalhekk insejħulu Dun Ġorġ minflok San Ġorġ!).

L-artiklu jinsab hawn: http://www.catholic.org/hf/kids/story.php?id=24017 u wieħed jista jiddownlodjah bħala .pdf file min hawn.


Jitkellem fuq l-importanza li l-lezzjonijiet tal-katekiżmu jkunu atreanti u b'tali mod li t-tfal li jkunu qed jitgħallmu ma jiddejqux. Iħoss il-bżonn li t-tfal għandhom jitgħallmu ċertu affarijiet meta jkunu għadhom żgħar u josserva li fil-vilaġġi t-tfal huma iktar lesti li joqogħdu bil-qegħda jisimgħu, u li l-ġenituri iktar jibagħtuhom għal-lezzjoni tal-katekiżmu ta' kuljum u jmorru magħhom għall-quddiesa ta' kuljum.

Jinħass il-bżonn ukoll li min jgħallem, speċjalment jekk dawn ikunu katekisti li ma jkunux la saċerdoti u anqas sorijiet, li jkunu iffurmati sew.

Mela allura Dun Ġorġ verament kien bniedem ta' qabel żmienu. Qara s-sinjali taż-żminijiet, u bil-meditazzjoni sema l-vuċi t'Alla li mexxietu biex jiftaħ għaqda li kellha tforni l-gzejjer maltin b'tagħlim li għen mhux biss lil persuni individwali imma wkoll is-Soċjeta maltija inġenerali.


Aħna hawn Malta għandna dan kollu - ejja napprezawh!

Niskuża ruħi. . .

Niskuża ruħi jekk dan il-blog fl-aħħar ġimgħa ma ġiex updated, pero inqbadna f'ħafna xogħol relatat mas-sajf u ma kellnix biżżejjed ħin.

Pero' min din il-ġimgħa l-blog ser jerġa jiġi updated kull ġimgħa.

IBQGĦU ŻURUNA GĦAL UPDATES IL-ĠODDA LI GĦANDNA GĦALIKOM!!

Saturday, July 28, 2007

Se nsiefer!!!!!!!!!!!!!

Kemm nies isiefru bħal dan iż-żmien!!

Huwa żmien ta vaganzi u għalhekk kulħadd jara kif ser jaqta ftit min dik ir-ruttina tas-soltu, u jieħu xi btala żgħira, anke jekk din tkun tfisser xi erbat ijiem ġewwa l-gżira t'Għawdex.

Meta wieħed joqgħod jaħseb fuq il-vjaġġ li wieħed jagħmel meta jmur f'xi art oħra jista' jiġih ġo moħħu l-ħsieb li aħna hawnhekk qed ngħixu vjaġġ - vjaġġ lejn is-sema pajjiżna. Il-mod ta' kif aħna naġġixxu waqt dan il-vjaġġ jindika fejn il-vjaġġ tagħna ser jispiċċa.


  • Jekk ngħixu tajjeb dan il-vjaġġ ser jispiċċa l-ġenna - fejn inkunu l-ħin kollu fil-preżenza t'Alla u għalhekk żgur li nkunu ferħanin.

  • Imma jekk f'dan il-vjaġġ nagħmlu affarijiet li jmorru kontra l-liġi t'Alla, li hija liġi li tħares l-umanita' imbagħad wara rridu npattu ta' dawn in-nuqqasijiiet tagħna.

Dan hu l-uniku eżami li nafu x'ser ikun fih! Eżami fejn nafu l-mistoqsija: X'għamilt int ta' ġid lil dawk ta' madwarek, b'imħabba lejhom u lejja (Alla)? Mela f'dan il-vjaġġ aħdem dejjem għal Alla. F'IDEJK!

Wednesday, July 25, 2007

Il-Printer . . . . u jien!!?!!!??

Xi ħaġa li wieħed juża ħafna meta jkun jaħdem bil-kompjuter, huwa bla dubju il-printer. U dan il-printer għandu ħafna x'jgħallimna kieku wieħed joqgħod jaħseb fuq kif jaħdem.

Il-printer jipprintja dak li inti tagħtih. Mhu ser joħroġ xejn dak li qabel int ma tkunx tajtu. U hekk aħna!! Aħna ma nistgħu nagħtu l-ebda eżempju tajjeb, ma nistgħu nagħtu l-ebda tagħlima jekk qabel ma nkunux ġibniha min x'imkien.

Pero rridu noqgħodu attenti. Jekk il-printer tagħtih direzzjonijiet ħżiena - dan ser jagħmel dak li int tkun għedtlu: pero' aħna għandna moħħ - nistgħu nagħżlu bejn ħaġa u bejn oħra u dan hu li jagħmilna differenti! Huma d-deċizjonijiet li aħna nieħdu li jiffurmana u jagħmluna dak li aħna nixtiequ li nsiru.

Meta tikkonektja printer wieħed irid joqgħod attent li jkun ikkonektjat sew mal-kompjuter u mad-dawl. Aħna wkoll għandna connecetion li hija importanti imma li ħafna drabi ninsewha! Ninsa li jiena nista nitkellem ma' l-Imgħallem tiegħi kull x'ħin jiena rrid u għandi bżonn.

Mela ejjew bħal printer inkunu dejjem connected u naraw li dak li joħroġ minna jkun verament dak li lili ser jgħinni nikber u nimmatura!

Jekk dan l-artiklu għoġbok inti tista tnizzlu bħala powerpoint min hawn!!

Il-Printer u jien.ppt


For more widgets please visit www.yourminis.com