Tuesday, May 29, 2007

Biex Kristu jkun magħruf u maħbub

Din is-song hija s-song uffiċjali li s-Soċjeta tal-Museum ħarġet għal din is-sena fejn hija qed tiċċelebra l-100 sena mit-twaqqif tagħha.

Is-Song turi l-għan li għalih hija ġiet imqaqqfa min Dun Ġorġ: Biex Ġesu' jkun magħrud u maħbub. Tajjeb li lkoll naħdmu għal dan il-għan.

L-akrostiku li waqqaf Dun Ġorġ mill-kelma Museum ukoll ifissru dan: "Mgħallem mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju tiegħek."

Mitt sena mit-twaqqif ta' din is-soċjeta għaddew - mitt sena li ħallew ħafna ġid ma kull min kellu kuntatt magħha. Il-Mitt sena li ġejjin jiddependu minna lkoll - kemm membri, u anke le.

Ejjew ma naħlux żmien imma nkomplu din il-ħidma tant fejjieda.

Biex Kristu Jsir Maghruf u Mahbub.mp3

Sunday, May 27, 2007

L-Ewwel Tqarbina

Bħal dan iż-żmien, ikun hawn ħafna preparamenti . . . min daqt għandu l-festa u min ħaġa u min oħra. Imma ħaġa li żgur toħloq xi ftit preparamenti mhux ħażin hija jekk it-tifla jew it-tifel t/jkun ser jagħmel l-Ewwel Tqarbina.


Kemm hi ħaġa sabiħa li tara lil dawk it-tfal kollha ħerqanin għal din il-ġurnata li huma tant ikunu jixtiequ: Ġurnata fejn ikunu ser jirċievu lil Ġesu' għal l-ewwel darba.


Saqsejt lil waħda tifla u għedtilha: "Għalfejn liebsa libsa bajda daqshekk sabiħa?" Stennejt li ser tgħidli: "Għax illum il-praċett", jew "Għax illum ser nirċievi lil Ġesu'" jew xi ħaġa hekk. Imma din it-tifla, qaltli b'ton sigur u ċert: "Għax illum jiena l-prinċipessa ta' Ġesu'."


Aħna lkoll prinċipessi ta' Ġesu' - għax Ġesu' għalhekk ġie fid-dinja biex lilna jerġa jfakkarna li postna hu miegħU l-prinċep tad-dinja.


U biex żgur ma ninsewx hu għadu magħna preżenti fl-Ewkaristija għalina. Ried li ma jħallinix waħedna għalhekk waqaf is-Sagrament tant sabiħ ta' l-Ewkaristija. Mela biex verament inkunu prinċpijiet u prinċipessi ta' Ġesu' irridu li nirċevuh ġewwa fina kull meta nistgħu biex hekk hu jsaħħaħna bil-grazzja tiegħU.

Saturday, May 26, 2007

Għadu jaħdem . . . . illum ukoll

Kemm hija esperjenza sabiħa li tara ħafna għaqdiet u movumenti preżenti għal ħaġa bħal ma kienet il-velja ta' Pentekoste.
Tara min kull tip ta' nies: tfal, zgħazagħ, kbar u anke anzjani. U propju għalhekk hija xi ħaġa meraviljuża għax tara kemm verament l-Ispirtu t'Alla għadu jaħdem anke llum, fil-Knisja li qed ngħixu fiha, fil-Knisja li hija aħna.
  • Għadu jaħdem f'dik it-tifla li anke jekk ma għandix aptit, xorta tqum kmieni fil-għodu biex qabel l-iskola tieħu sehem fil-quddiesa.
  • Għadu jaħdem f'dak it-tifel, li kontra ix-xewqa ta' sħabu ma jitkellimx ħażin bħalhom.
  • Għadu jaħdem f'dik l-omm li b'sagrifiċċju ta' kuljum tara li kollox miexi sew fid-dar tagħha u dan tagħmlu bla interessi ta' xejn.
  • Għadu jaħdem f'dak il-missier, li għalkemm bla xogħol, għax il-kumpanija fejn kien jaħdem għalqet, xorta għadu jittama f'Alla li għad isiblu post fejn ikompli jaħdem u jġib l-għixien għall-familja tiegħu.
  • Għadu jaħdem f'dak iż-żagħżugħ, li għadu mgerfex liema triq ser jaqbad, imma biex issiba qiegħed kontinwament jitlob: "Ġesu' urini inti xi trid minni, u għini ngħidlek iva bl-imħabba u l-kuraġġ."

Ejjew inħarsu ftit madwarna u ġo fina u narawh l-Ispirtu t'Alla jaħdem u nagħmlu min kollox biex inħalluh għaddej fil-ħidma tiegħU mingħajr ma ngerfxuh.
Fl-aħħar ma nistax ma nsemmix l-ammont kbir ta' tfal li bħal dan iż-żmien ikunu qegħdin jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.

AĦNA NIFIRĦULKOM U NAWGURAWLKOM LI LIL ĠESU' TIRĊEVUH ĠEWWA FIKOM TA' KULJUM GĦAX HU GĦANDU JKUN L-IKBAR ĦABIB TAGĦKOM!

Friday, May 25, 2007

Ġimgħa oħra . . .

Ġimgħa oħra u madwar 5,000 persuna min Malta tkun qegħda ġewwa Ruma biex flimkien mall-kumplament tal-Knisja Kattolika tiċċelebra l-Kannonizzazzjoni ta' erba' Beati, fosthom wieħed Malti: Dun Ġorġ Preca.

X'kien li għamel lil Dun Ġorġ qaddis?
Ftit mill-affarijiet li aħna nistgħu nitgħallmu min dan il-Malti li kien iħobb tant lil Alla, li għex biss għalih huma:
  • il-ħajja tiegħu ta' talb - ma kien iħalli xejn jidħol bejnu u bejn Alla
  • dak kollu li kien jagħmel kien jagħmlu għal Alla.
  • kien dejjem jagħmel dak li Alla ried minnu, mhux dak li huwa ried imma dak li Hu ried. Infatti meta l-Isqof qallu li huwa kellu jagħlaq l-oqsma tas-Soċjeta huwa wieġeb: "Intom is-Superjuri u jiena s-suditti. Nagħlaqhom."
  • kien dejjem jafda f'Alla. Dun Ġorġ qatt ma qatgħa qalbu, anke meta kellu ħafna diffikultajiet min dawk ta' madwaru - dejjem talab, u kompla jaħdem b'fiduċja sħiħa f'Alla.

Mela biex nimitaw lil dan il-Malti, li ħajtu kollha tistgħa tkun ta' eżempju kbir għalina aħna għandna naraw li l-kommunikazzjoni bejna u bejn Alla tibqa' sħiħa u dak li jgħidilna hu nagħmluh. Dak li nagħmlu għandna dejjem nagħmluh biss għall-glorja t'Alla u dejjem nafdaw fiH!

Wednesday, May 23, 2007

Ftit jiem oħra . . . Pentekoste

L-Ispirtu s-Santu huwa parti mit-Trinita Qaddisa li forsi ma tantx nisimgħu fuqha. Pero' l-Ispirtu s-Santu huwa dak li jagħti l-ħajja lill-Knisja.

Huwa kien mibgħut min Ġesu' nnifsu fuq l-appostli u l-ewwel insara biex huwa jagħtihom il-qawwa u l-kuraġġ biex jiffaċċjaw il-problemi li kienu ser jiltaqgħu magħhom fil-bidu tat-tixrid tal-kelma.

Ejjew nitolbuh lill-Ispirtu s-Santu, anke llum il-ġurnata biex jiġi ġewwa fina u jgħinna nagħmlu dak li Alla jrid minna.

Dun Ġorġ ried li bħala preparazzjoni għal din il-festa il-membri tiegħu jagħmlu novena li tikkonsisti billi jgħidu:

Spirtu s-Santu Alla li biddilt f'nies ġodda lil ewlenin appostli ta' Kristu Ġesu', ejja fina u imla moħħna bil-prudenza u qalbna bil-fortezza għall-finijiet ta' l għaqda tagħna.

Glorja (x3)

Din it-talba tingħad għal tliet darbiet.




Biex bħala Knisja waħda niċċelebraw din il-festa nhar is-Sibt 26 ta' Mejju
2007 qed tiġi organizzata velja ta' talb bil-quddiesa. Din ser isservi wkoll
bħala preparazzjoni għall-kanonizzazzjoni tal-Beatu Ġorġ Preca.
Ejja int ukoll!!





Tuesday, May 22, 2007

MERĦBA

Merħba!

Illum, 22 ta' Mejju, bdejna għall-ewwel darba dan il-Blog.

X'inhu l-iskop tiegħu? Għalfejn għamilna dan il-Blog?
Id-Diskussjoni hija mportanti ħafna u dan
il-blog qiegħed għalhekk, biex kull min jidħol fih ikun jista jgħaddi l-opinjoni
tiegħu, u jkun ukoll infurmat b'dak kollu li jkun għaddej.

Mela, għamel użu minnu u iddiskuti u
għaddi l-ħsibijiet tiegħek hawnhekk ukoll.

Għalissa ser inħalli f'idejkom biex tibdew
xi topic, uruna x'tixtiequ taraw fis-site, jew x'mhux jogħġobkom!

Ibqa żuruna għax dan ser ikun updated ta
sikwit!

Nisma' mingħandkom!!!

Il-Paċi Magħkom


For more widgets please visit www.yourminis.com