X'kien li għamel lil Dun Ġorġ qaddis?
Ftit mill-affarijiet li aħna nistgħu nitgħallmu min dan il-Malti li kien iħobb tant lil Alla, li għex biss għalih huma:
- il-ħajja tiegħu ta' talb - ma kien iħalli xejn jidħol bejnu u bejn Alla
- dak kollu li kien jagħmel kien jagħmlu għal Alla.
- kien dejjem jagħmel dak li Alla ried minnu, mhux dak li huwa ried imma dak li Hu ried. Infatti meta l-Isqof qallu li huwa kellu jagħlaq l-oqsma tas-Soċjeta huwa wieġeb: "Intom is-Superjuri u jiena s-suditti. Nagħlaqhom."
- kien dejjem jafda f'Alla. Dun Ġorġ qatt ma qatgħa qalbu, anke meta kellu ħafna diffikultajiet min dawk ta' madwaru - dejjem talab, u kompla jaħdem b'fiduċja sħiħa f'Alla.
Mela biex nimitaw lil dan il-Malti, li ħajtu kollha tistgħa tkun ta' eżempju kbir għalina aħna għandna naraw li l-kommunikazzjoni bejna u bejn Alla tibqa' sħiħa u dak li jgħidilna hu nagħmluh. Dak li nagħmlu għandna dejjem nagħmluh biss għall-glorja t'Alla u dejjem nafdaw fiH!