Kemm hija esperjenza sabiħa li tara ħafna għaqdiet u movumenti preżenti għal ħaġa bħal ma kienet il-velja ta' Pentekoste.
Tara min kull tip ta' nies: tfal, zgħazagħ, kbar u anke anzjani. U propju għalhekk hija xi ħaġa meraviljuża għax tara kemm verament l-Ispirtu t'Alla għadu jaħdem anke llum, fil-Knisja li qed ngħixu fiha, fil-Knisja li hija aħna.
- Għadu jaħdem f'dik it-tifla li anke jekk ma għandix aptit, xorta tqum kmieni fil-għodu biex qabel l-iskola tieħu sehem fil-quddiesa.
- Għadu jaħdem f'dak it-tifel, li kontra ix-xewqa ta' sħabu ma jitkellimx ħażin bħalhom.
- Għadu jaħdem f'dik l-omm li b'sagrifiċċju ta' kuljum tara li kollox miexi sew fid-dar tagħha u dan tagħmlu bla interessi ta' xejn.
- Għadu jaħdem f'dak il-missier, li għalkemm bla xogħol, għax il-kumpanija fejn kien jaħdem għalqet, xorta għadu jittama f'Alla li għad isiblu post fejn ikompli jaħdem u jġib l-għixien għall-familja tiegħu.
- Għadu jaħdem f'dak iż-żagħżugħ, li għadu mgerfex liema triq ser jaqbad, imma biex issiba qiegħed kontinwament jitlob: "Ġesu' urini inti xi trid minni, u għini ngħidlek iva bl-imħabba u l-kuraġġ."
Ejjew inħarsu ftit madwarna u ġo fina u narawh l-Ispirtu t'Alla jaħdem u nagħmlu min kollox biex inħalluh għaddej fil-ħidma tiegħU mingħajr ma ngerfxuh.
Fl-aħħar ma nistax ma nsemmix l-ammont kbir ta' tfal li bħal dan iż-żmien ikunu qegħdin jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.
AĦNA NIFIRĦULKOM U NAWGURAWLKOM LI LIL ĠESU' TIRĊEVUH ĠEWWA FIKOM TA' KULJUM GĦAX HU GĦANDU JKUN L-IKBAR ĦABIB TAGĦKOM!