Nawguraw min qalbna lil Malcolm Agius (mill-Parroċċa San Ġużepp, l-Imsida), Glen Buhagiar (mill-Parroċċa Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar), Jonathan Farrugia (mill-Parroċċa Marija Assunta, l-Imqabba), u lil Ewkarist Zammit (mill-Parroċċa San Nikola, is-Siġġiewi), li llum 4 ta' Novembru Mons. Arċisqof Pawl Cremona ser jordna bħala djakni. Sunday, November 4, 2007
AWGURI!!
Nawguraw min qalbna lil Malcolm Agius (mill-Parroċċa San Ġużepp, l-Imsida), Glen Buhagiar (mill-Parroċċa Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar), Jonathan Farrugia (mill-Parroċċa Marija Assunta, l-Imqabba), u lil Ewkarist Zammit (mill-Parroċċa San Nikola, is-Siġġiewi), li llum 4 ta' Novembru Mons. Arċisqof Pawl Cremona ser jordna bħala djakni. Novembru
Vera hi xi ħaġa sabiħa li f'dan iż-żmien qabel ma jibda żmien l-Avvent li jgħinna niffukaw iktar fuq il-Milied, il-Knisja tqegħdilna fuq il-ħsieb tagħna l-Qaddisin.
Min huma l-Qaddisin?
Il-Qaddisin huma dawk li għexu il-ħajja tagħhom bil-mod kif riedhom Alla, b'intimita kbira miegħu u ħadmu kemm setgħu fuq il-perfezzjoni fil-ħajja tagħhom, bil-grazzja li Alla jitfa fihom.
Tinstema xi ħaġa faċli meta taqra hekk imma fil-verita' din tista tkun il-programm ta' ħajjitna.
Imbagħad naħsbu fil-mejtin tagħna li wkoll ipruvaw jgħixu ħajja tajba. Dawn huma nies li aħna nafu, li jista jkun li jiġu minna jew inkella ħbieb tagħna li min jaf kemm-il darba kienu ta' għajnuna għalina. Bħalna dawn ġieli għamlu affarijiet ħżiena u għalhekk importanti li nitolbu għalihom.
Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu huma fis-sliem. Amen.
Tuesday, October 23, 2007
Internet
Jekk wieħed jara dan l-artiklu jifhem verament kemm l-internet jista jiswa ta' ġid. Ħafna drabi nisimgħu kummenti dwar kemm l-internet qiegħed ikun ta' detriment għas-soċjeta tagħna għax qed iwassal valuri li xejn ma huma sbieħ.Sunday, October 21, 2007
Qas qatt ma kont nimaġinak. . . .
Kont qed naħseb ftit u ġo moħħi ġiet din il-mistoqsija: "Dawk ta' madwari, jekk ma ngħidilhomx jien, jindunaw li jiena qegħda nipprova nimxi wara Ġesu'?"
Ġesu' stess jgħid lill-appostli li mill-frott tagħhom intom tgħarfuhom. Lili jimaġinawni li jiena nisranija ta' vera?
- L-iskola, ix-xogħol, u kull fejn inkun ngħin lil dawk ta' madwari bħal ma kieku jgħinhom Ġesu'?
- Naġixxi jiena bħal ma kieku jaġixxi Ġesu' fejn inkun?
- Jekk xi ħadd jibda jgħid kontra xi ħadd - x'nagħmel?
- Jekk kulħadd jibda jgħid kontra l-fidi tiegħi - jien x'nagħmel?
Mela mhux ta' b'xejn li jistgħu jgħidulna: "Illl... qas qatt ma kont nimaġinak li int daqshekk nisranija!!!"
San Ġwann jikteb: "Urini l-fidi tiegħek mill-opri tiegħek!"
Wednesday, October 3, 2007
Ottubru . . .
Bdejn x-xahar ta' Ottubru, xahar li hu ddedikat kollu kemm hu lir-Rużarju. Imma ngħid bejni u bejn ruħi: ir-Rużarju għadu f'postu f'soċjeta bħal ma qed ngħixu aħna, f'soċjeta magħġla fejn il-ħin qiegħed jiġri warajk il-ħin kollu. F'postu li tqatta kwarta titlob ir-rużarju meta tista tagħmel xi ħaġa utli oħra?
Imma qabel naraw jekk ir-rużarju hux utli jew le, irridu nsaqsu: X'inhu r-Rużarju? X'ġid nista nieħu minnu jien?
Meta wieħed jgħid ir-Rużarju jkun qiegħed jaħseb fuq il-ħajja ta' Ġesu' u tal-Madonna - u għalhekk jiġbed għalih tagħlim tal-ħajja ta' dejjem. Mela ġid biss jista joħroġ mir-reċita tar-Rużarju. Għalhekk ir-Rużarju huwa utli għall-ħajja tagħna.
Barra min hekk ir-Rużarju jista jkun mezz fejn il-familja tiltaqa flimkien u titlob. Meta l-familja tiltaqa flimkien tiżdied il-kommunikazzjoni bejniethom u għalhekk jonqos il-ġlied. Meta l-familja titlob flimkien tibqa iktar magħquda u tiġbed fuqha l-grazzji mis-sema.
Mela għalfejn għandi jiena nidejjaq li nqatta kwarta ngħid din it-talba? Dun Ġorġ kien jgħid li l-Madonna tibqa tistenna r-Rużarju tagħna sa nofs il-lejl. TĦALLIHIEX TISTENNA!
Friday, September 28, 2007
Erġajna bdejna...
Erġajna bdejna jew daqt nerġgħu nibdew!
- Min beda l-iskola u min għadu ser jibda. Ħafna ħaddiema daqt jirrotornaw lura għall-ħinijiet tax-xitwa.
- Daqshekk sajf - daqshekk nistgħu ngħidu: "U qegħdin fis-sajf - noħduha ftit relax.
- It-tfal irritornaw fuq is-siġġijiet ta' l-iskola u tad-duttrina - ħafna ommijiet qalu li issa ċ-ċans tagħhom li jistrieħu ftit.
F'kelma waħda: Kollox lura għan-normal. Imma dan xi jfisser?
Dan jista jfisser ħafna affarijiet:
- Jista jfisser li issa nitqatel bix-xogħol - għax il-ħajja dejjem trid
- jista jfisser li issa daqshekk nitlob - b'dan ix-xogħol kollu kif nista nsib ċan nitlob?
- jista jfisser li r-rutina li jiena nidħol fiha taljejnani mill-kumplament ta' sħabi u mill-familja
imma jista jfisser ukoll:
- li għalkemm għandi iktar ħinijiet fejn fihom għandi iktar x'nagħmel, dan jgħini nsib bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja
- li jkolli ħin fiss mal-Mulej - fejn fih jien u Hu nitkellmu u dan il-ħin ma joħodlu post ħadd
- li r-rutina tgħinni nikber u fiha nsib ħin fejn insir naf iktar lili nnifsi biex hekk inkun nista nkompli nkabbar il-karratru tiegħi.
X'jfisser li erġajna bdejna huwa kompletament f'idejja. Mela jien irid nideċidi x'ser ifisser il-ħin li jiena ser ngħix matul din ix-xitwa u matul il-ħajja tiegħi kollha.
Monday, September 24, 2007
LilU biss..
Lilu biss infittex biex inqim
Din il-Kanzunetta hija mikuba min żagħżugħa ta' 16-il sena u turina kemm dak li aħna nagħmlu dejjem għandna nagħmluh għall-ikbar glorja t'Alla.
Tajjeb li nibdew sena skolastika, u iktar u iktar, sena kateketika b'dan il-ħsieb. J'Alla dak kollu li nitgħallmu u li ngħallmu lil ħaddieħor, kemm fil-klassi u anke fuq kull post li aħna nkunu fih, nattribwixu kull glorja tiegħu lil Alla.
Niżżel is-song min hawn isfel.