Thursday, November 15, 2007

Saturday, November 10, 2007

Spirtu t'Alla...


Illum fil-parroċċa tagħna għandna l-Griżma ta' l-Isqof. Din hija okkażjoni ferm sabiħa għal dawk li llum ser jerġgħu jgħidu iva lil Alla u jerġgħu jikkonfermaw li huma jridu jgħixu ta' vera nsara.

Imma huma ferm iktar dawk li diġa għamlu l-Griżma ta' l-Isqof u tajjeb li naħsbu kif qegħdin ngħixu l-Griżma li rċivejna żmien ilu.

Ejja mela naħsbu ftit ma' dawn it-tfal:
  • Lesta jiena li nħalli l-Ispirtu t'Alla jmexxili l-ħajja tiegħi?
  • Lesta jiena li nagħmel dejjem dak li hu tajjeb u qatt dak li hu ħażin?
  • Lesta jiena li nuri verament x'nemmen u ngħix dak li nemmen?

Nitlob lill-Ispirtu t'Alla jgħina billi nitolbu: Spirtu s-Santu Alla dawwal is-sensi, kebbes il-qalb ta' l-iskulari ta' Ġesu' Kristu. Amen

Sunday, November 4, 2007

AWGURI!!

Nawguraw min qalbna lil Malcolm Agius (mill-Parroċċa San Ġużepp, l-Imsida), Glen Buhagiar (mill-Parroċċa Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar), Jonathan Farrugia (mill-Parroċċa Marija Assunta, l-Imqabba), u lil Ewkarist Zammit (mill-Parroċċa San Nikola, is-Siġġiewi), li llum 4 ta' Novembru Mons. Arċisqof Pawl Cremona ser jordna bħala djakni.
Niftakru fihom fit-talb tagħhom biex huma jibqgħu dejjem qrib ta' daK lil lilU jridu jaqdu: Kristu Ġesu'.


Novembru

Kont qed naħseb ftit fuq il-bidu ta' dan ix-xahar speċjalment f'dawn il-ġranet fejn l-ewwel ħsibna fuq il-qaddisin kollha u mbagħad fuq il-mejtin tagħna.

Vera hi xi ħaġa sabiħa li f'dan iż-żmien qabel ma jibda żmien l-Avvent li jgħinna niffukaw iktar fuq il-Milied, il-Knisja tqegħdilna fuq il-ħsieb tagħna l-Qaddisin.

Min huma l-Qaddisin?
Il-Qaddisin huma dawk li għexu il-ħajja tagħhom bil-mod kif riedhom Alla, b'intimita kbira miegħu u ħadmu kemm setgħu fuq il-perfezzjoni fil-ħajja tagħhom, bil-grazzja li Alla jitfa fihom.
Tinstema xi ħaġa faċli meta taqra hekk imma fil-verita' din tista tkun il-programm ta' ħajjitna.

Imbagħad naħsbu fil-mejtin tagħna li wkoll ipruvaw jgħixu ħajja tajba. Dawn huma nies li aħna nafu, li jista jkun li jiġu minna jew inkella ħbieb tagħna li min jaf kemm-il darba kienu ta' għajnuna għalina. Bħalna dawn ġieli għamlu affarijiet ħżiena u għalhekk importanti li nitolbu għalihom.

Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu huma fis-sliem. Amen.

Tuesday, October 23, 2007

Internet

Jekk wieħed jara dan l-artiklu jifhem verament kemm l-internet jista jiswa ta' ġid. Ħafna drabi nisimgħu kummenti dwar kemm l-internet qiegħed ikun ta' detriment għas-soċjeta tagħna għax qed iwassal valuri li xejn ma huma sbieħ.

Imma aħna rridu niftakru li l-internet bħal kull ħaġa oħra għandu wkoll il-positiv tiegħu. Jeżistu ħafna sites fuq l-internet li jwasslu valuri tajbin. Qiegħed ukoll jagħti opportunitajiet ġodda biex il-Kelma ta' Ġesu' tinxtered dejjem iżjed.

L-opinjonijiet ta' kulħadd qegħdin jinstemgħu fuq l-internet b'tali mod li ta' kulħadd huwa tajjeb, meta dan mhuwiex il-każ. Mela allura l-internet bħal kull ħaġa oħra jiddependi biss min ħaġa waħda: x'tagħżel int li tara.

Għalkemm vera jiena nista nkun naf iktar fuq Ġesu' permezz ta' din it-teknoloġija ġdida, pero ma rridx ninsa li jien għandi bżonn inkun naf LIL Ġesu' u mhux fuqu u dan jista jiġi biss permezz ta' ħin fis-skiet miegħU.

Sunday, October 21, 2007

Qas qatt ma kont nimaġinak. . . .

Kont qed naħseb ftit u ġo moħħi ġiet din il-mistoqsija: "Dawk ta' madwari, jekk ma ngħidilhomx jien, jindunaw li jiena qegħda nipprova nimxi wara Ġesu'?"

Ġesu' stess jgħid lill-appostli li mill-frott tagħhom intom tgħarfuhom. Lili jimaġinawni li jiena nisranija ta' vera?

  • L-iskola, ix-xogħol, u kull fejn inkun ngħin lil dawk ta' madwari bħal ma kieku jgħinhom Ġesu'?
  • Naġixxi jiena bħal ma kieku jaġixxi Ġesu' fejn inkun?
  • Jekk xi ħadd jibda jgħid kontra xi ħadd - x'nagħmel?
  • Jekk kulħadd jibda jgħid kontra l-fidi tiegħi - jien x'nagħmel?

Mela mhux ta' b'xejn li jistgħu jgħidulna: "Illl... qas qatt ma kont nimaġinak li int daqshekk nisranija!!!"

San Ġwann jikteb: "Urini l-fidi tiegħek mill-opri tiegħek!"

Wednesday, October 3, 2007

Ottubru . . .

Bdejn x-xahar ta' Ottubru, xahar li hu ddedikat kollu kemm hu lir-Rużarju. Imma ngħid bejni u bejn ruħi: ir-Rużarju għadu f'postu f'soċjeta bħal ma qed ngħixu aħna, f'soċjeta magħġla fejn il-ħin qiegħed jiġri warajk il-ħin kollu.

F'postu li tqatta kwarta titlob ir-rużarju meta tista tagħmel xi ħaġa utli oħra?


Imma qabel naraw jekk ir-rużarju hux utli jew le, irridu nsaqsu: X'inhu r-Rużarju? X'ġid nista nieħu minnu jien?
Meta wieħed jgħid ir-Rużarju jkun qiegħed jaħseb fuq il-ħajja ta' Ġesu' u tal-Madonna - u għalhekk jiġbed għalih tagħlim tal-ħajja ta' dejjem. Mela ġid biss jista joħroġ mir-reċita tar-Rużarju. Għalhekk ir-Rużarju huwa utli għall-ħajja tagħna.

Barra min hekk ir-Rużarju jista jkun mezz fejn il-familja tiltaqa flimkien u titlob. Meta l-familja tiltaqa flimkien tiżdied il-kommunikazzjoni bejniethom u għalhekk jonqos il-ġlied. Meta l-familja titlob flimkien tibqa iktar magħquda u tiġbed fuqha l-grazzji mis-sema.

Mela għalfejn għandi jiena nidejjaq li nqatta kwarta ngħid din it-talba? Dun Ġorġ kien jgħid li l-Madonna tibqa tistenna r-Rużarju tagħna sa nofs il-lejl. TĦALLIHIEX TISTENNA!


For more widgets please visit www.yourminis.com