Tuesday, December 15, 2009

Dead Sea Scrolls

L-iskoperta tad-Dead Sea Scrolls ġewwa Qumran qegħda tiġi msejjħa l-ikbar skoperta tal-20 seklu.Dawn il-manuskritti antiki huma l-eqdem kopji tat-Testment il-Qadim.

 

 

Fis-sena 2007 San Diego Natural History Museum għamel exhibition fejn huwa wera 24 min dawn l-iskrollijiet. Xi ħaġa interesanti kienet li matul is-snin il-Bibbja baqgħet dejjem l-istess!

 

 

Kemm aħna ffurtunati aħna li nemmnu fil-Bibbja li nafu li fiha nistgħu nsibu dak kollu li jkollna bżonn.

 

 

Dan il-Milied kemm qed isib ħin biex tixtar il-Kelma t'Alla?

Monday, December 14, 2009

Warning Lights

Startjajt il-karrozza dal-għodu u hekk kif qabdet fuq id-dashboard bdejt nara l-bozza taż-żejt tixgħel. Kien ifisser li ż-żejt kien wasal biex jispiċċa  . . . imma jiena rraġunajt li għandi biex ngħaddi imqar għall-jumejn oħra.
 
 
L-għada fil-għodu, bħal kuljum, mort biex noħroġ il-karozza mill-garraxx - imma ma startjatx!! Dan kien ifisser ħela ta' ħin, flus u skareġġ żejjed. Għamilt proponiment li nagħti iktar kas tal-warning lights.
 
 
U int fil-ħajja tiegħek qiegħed tagħti kas tal-messaġġi li Alla kuljum qiegħed jibagħtlek?
 

Sunday, December 13, 2009

Il-Paci t'Alla

Il-Paci t'Alla hija xi ħaġa li tirbaħ kull ħaġa.


Fis-7 ta' Diċembru, 1971, ajruplan Ġappuniż misjuq mill-pilota Mitsuo Fuchida mexxa attakk ta' sorpiża fuq il-flotta ġewwa US f'Pearl Harbour, Hawaii.


Wara l-gwerra Fuchida kompla jsuq diversi arjuplani, ħafna drabi jiskappa minn ħalq il-mewt. Fl-aħħar tal-gwerra huwa kien tilef kull sens ta' sabiħ fil-ħajja.


Snin wara semgħa storja li qajmitlu ħafna kurżita: Mara żagħżugħa Krisjana li l-ġenituri tagħha kienu ġew maqtula fil-gwerra mill-Ġappuniżi kienet qegħda twassal lill-Ġesu' lill-priġunieri Ġappuniżi. Impressjonat b'din il-ħaġa Fuchida beda jaqra il-Bibbja.


Qara li Ġesu' min fuq is-salib ħafer lil dawk li salbuh u fehem għalfejn dik il-mara kienet qegħda turi dik l-imħabba lejn l-għedewwa tagħha. Dakinhar Fuchida emmen u ta' ħajtu lil Ġesu'!


Illum huwa lajk predikatur li juri lill-kulħadd li dan il-gwerrir, sab il-paċi ta' Ġesu' li tirbaħ kollox


Int sibt din il-paċi? Tgħaddi mill-liema ċirkustanza tgħaddi fil-ħajja tiegħek, Ġesu' jipprovdilek din il-paċi.


Dan il-Milied se tilqa din il-paċi?


Thursday, October 1, 2009

X'kien jgħid Dun Ġorġ

Niżżel dawn il-bookmarks u żommhom fejn tarhom

Jekk trid taf x'inhu qieghed jaghmel Alla, nghidlek qieghed ihobb
Insa l-gid li taghmel ftakar f'dak li tircievi
Il-Fidi kollox uliedi
Gid lil kulhadd. Deni lil hadd
Grazzi Sinjur Alla u Ahfirli Sinjur Alla
Il-Qdusija mhix f'erbat ijiem
Sinjur, Alla jiena ghandi bzonnok
Sinjur Alla inti hawn u jiena fiK.
Smile, Jesus loves you
It-Taghlim huwa l-ghajn ta' kull gid.

Sunday, August 30, 2009

Gimgħa ta' Tagħlim - Siġġiewi

Bħal kull sena se nerġgħu niltaqgħu għal Ġimgħa oħra fejn fiha se nitgħallmu iktar dwar kif nistgħu nimxu iktar fuq il-passi ta’ Ġesu’.

Għalhekk ejja INT, SĦABEK u L-FAMILJA KOLLHA TIEGĦEK għal din il-ĠIMGĦA TA’ TAGĦLIM li se ssir min nhar it-Tnejn 7 sal-Ġimgħa 11 ta’ Settembru 2009 fil-grawd tal-Museum Bniet Siġġiewi.

Friday, February 27, 2009

Thursday, January 1, 2009

Is-Sena l-Ġdida...

Is-Sena l-Ġdida issa magħna!! Kemm ilna nistennewha!! Kulħadd jipprepara u fl-aħħar waslet!! Issa hu żmien fejn fih ħafna minnha se jagħmlu proponimenti ġodda għal matul din is-sena.

Se nagħtu xi ftit suġġerimenti:
  • Ipproponi li matul din is-sena tersaq għall-quddiesa ta' kuljum.
  • Ipproponi li matul din is-sena ta' kuljum tmur iżur lil Ġesu' Ewkaristija u hemmhekk tiftaħ qlabek miegħU.
  • Ipproponi li matul din is-sena minflok tara kif tista tavanza int - ara li tkun ftit iżjed ħanina mal-kollegi tiegħek.
  • Ipproponi li tħobb iżjed lil ta madwarek, mhux biex takkwista mingħandhom, imma għax verament tridilhom il-ġid.
  • Ipproponi li ta' kuljum teżamina l-ġurnata tiegħek u tara xi stajt tagħmel aħjar - u mbagħad l-għada ara li l-azzjonijiet tiegħek ikunu aħjar!!

Aħseb ftit x'tista tagħmel int fil-ħajja tiegħek biex verament din is-sena tkun aħjar min ta' qabilha!!

AWGURI GĦAL SENA MIMLIJA ĠID U BARKA LI ĠESU' BISS JISTA JAGĦTI!!

Wednesday, December 10, 2008

Kaxxa VOJTA!

Ftit taż-żmien ilu, ħabib tiegħi rrabja ma' bintu ta' tlett snin talli ħliet wrapping paper gold. Irrabja għax it-tifla kienet ħliet wrapping paper sħiħa biex ksiet kaxxa żgħira biex tqegħda taħt il-Christmas Tree. Dik is-sena kien spiċċa bla xogħol, u kienu xi ftit neqsin mill-flus u allura kull tikka kien qed jaraha ħafna.
Madanakollu, dakinhar tal-Milied filgħodu, it-tifla ġabet rigal żgħir lill-missierha u qaltlu: "Pa, dan għalik."

Issa kien qed jidispjaċih talli kien irrabja ma' bintu, u fetaħ il-kaxxa u sabha vojta. Qalilha: "Ma tafx li meta tagħti rigal lil xi ħadd suppost li fil-kaxxa tpoġġi xi ħaġa?"
It-tifla ħareset lejh u bid-dmugħ f'għajnejha qaltlu: "Imma Papa, mhux vojta. Jien tgħidx kemm tfajt kisses fiha. Kollha għalik!"
Il-missier bid-dmugħ f'għajnejh għannaq lil bintu. Għal żmien twil żamm dik il-kaxxa taħt is-sodda u meta l-ħajja kienet ittih ftit bis-sieq kien joħroġ bewsa mmaġinarja u jiftakar fl-imħabba kbira li bintu kienet tefgħet fihom!

Tuesday, December 2, 2008

Aghti l-Ezempju

Kien hemm wieħed raġel li kien jgħix ħajja normali. Ma kienx jaħseb li kien xi bniedem kattiv, imma l-anqas xi qaddis. Jum minnhom Ġesu' messlu qalbu u hu aċċettah bħala s-Sinjur u s-Salvatur tiegħu. F'qalbu ħass ferħ kbir tant li wiegħed lil Alla li jitkellem fuqU ma kull persuna li jiltaqgħa magħha u li jresaq lejH ta' l-inqas 100 persuna lejn dan Alla li huwa kien sab u li kien tah tant ferħ. Imma dar-raġel mil-bidu beda jinduna kemm din kienet se tkun ħaġa difficli li jagħmel. Il-maġġoranza tal-ħbieb tiegħu bdew jaħsbuh li ġennen u telquh.


Xi drabi huwa kien se jmur lura mil-wegħda tiegħu imma kompla jitkellem fuq Alla ma dawk li kienu jagħtuh iċ-ċans, u jgħidilhom fuq il-bidla kbira li ġrat fih.

Wara ftit taż-żmien dan ir-raġel miet, u sab ruħu f'kamra li kien fiha l-affarijiet kollha li huwa kien għamel u qal matul ħajtu kollha: l-affarijiet ħżiena kollha, il-ħsibijiet ħżiena li għaddewlu min moħħu, reġgħu ġew lura f'daqqa. Imbagħad huwa ra viżjoni ta' dak il-jum meta fetaħ qalbu għal Ġesu' u meta wiegħed li jresaq lejn Ġesu' tal-inqas min 100 persuna. Meta ra dan kollu r-raġel intefa għarkubtejh u beda jibki.

F'dak il-ħin Ġesu' resaq lejh u qallu: "Ibni, qum min hemm: għalfejn qiegħed tibki?"

Ir-raġel wieġeb: "Sinjur, jiena għamilt dawn l-affarijiet kollha ħżiena u gdibt".

"Meta gdibt?", wieġbu Ġesu'.
"Meta wegħdtek li se nressaq lejn 100 persuna. Għax anke jekk ippruvajt nagħmel dan, qas persuna waħda ma waslet li aċċetatek f'ħajjitha! Jiena ma żammejtx il-wegħda tiegħi, u għalhekk gdibt lileK!"

Ġesu' tbissimlu, mesaħħlu d-dmugħ minn ma għajnejh u qallu: "Ibni, inti ma ksirtx il-wegħda tiegħek miegħi."

"Imma Sinjur, jiena qas biss irnexxili nikkonverti persuna waħda!"
Ġesu' wieġbu: "Tiftakar meta kont qiegħed f'ristorant u wara li kilt irringrazzjajt lil Alla ta' l-ikel li hu provdilek? Kien hemm mara li kienet qatgħet qalbha li xi darba għad issib is-salvazzjani. Anke jekk jiena, ħafna drabi, ppruvajt nuriha kemm inħobbha, hija qatt ma accetatni. Kienet qegħda taħseb li la tmur lura toqtol lilha nnifisha. Imma meta ratek titlob hija fetħet qalbha għalija u ħallitni nidħol f'ħajjitha. Hija aċċetatni bħala s-Salvatur tagħha. Wieħed mit-tfal tagħha sar qassis qaddis u għen lil ħafna bnedmin jgħixu tajjeb u jersqu lejja. Dak il-ġest żgħir tiegħek bil-fidi għen mhux lil 100 persuna imma lil 100, 000 persuna jersqu lejja!"

Ġesu' bi tbissima fuq fommu wieġbu: "Jiena ħallast il-prezz tagħhom għalik: ħares lejn idejja u saqajja ppjagati, il-kustat tiegħi minfud, rasi mimlija bid-demm, u ġismi flaġġelat. It-tnejn li aħna żammejna l-wegħda tagħna!"
Niftakru li ġest żgħir jista jmiss il-qalb ta' l-oħrajn, anke jekk aħna ma nindunawx. Tbissima, kelma tajba, talba fil-pubbliku, huma affarijiet żgħar li jafu jagħtu dawl lill-oħrajn u jistgħu ukoll jibdlu l-ħajja ta' ħaddieħor.

Wednesday, November 19, 2008

Kemm jgħaddi malajr iż-żmien!! U dan jgħaddi mingħar xi kultant qas inti stess ma tkun taf!!

Ftit tal-jiem oħra u t-toroq tal-gżejjer Maltin jieħdu bixra oħra - bixra ta' ferħ, il-ferħ tal-Milied!! Ħafna minnha diġa bdew jaħsbu minn issa min fejn se jixtru r-rigali, l-kartolini, meta u kif se jżejnu djarhom, x'jistgħu jagħmlu differenti dan il-Milied u min jaf kemm il-ħsieb ieħor.

Imma f'dan iż-żmien mhux aħjar taħseb:
  • Liema huma dawk in-nies li se tferraħ dan il-Milied?
  • Min huma dawk in-nies li lest li tibdel l-attitudni tiegħek lejhom?
  • Liema huma dawk in-nies li lest li taħfer?
  • Lest li tagħmel li tista biex tisma' quddiesa kemm jista jkun kuljum, mil-llum sal-Milied?
  • Kemm-il darba Ġesu' Sagramentat ħa jibqa jistennik biex iżuru?
  • U meta beħsiebek tibda tqatta ftit ħin mal-familja, fejn barra li tirrilassaw flimkien, issibu wkoll ftit ħin ta' talb flimkien?
  • Kemm taħseb f'dawk li huma morda, inqas ixxurtjajti minnek jew għandhom xi bżonnijiet speċjali?

Ehhh . . . . u jekk taħseb ftit min jaf kemm iżid inti ma' din il-lista!!

Mela poġġi l-ħsibijiet tiegħek fis-sod għax kif jgħidu: "Il-passat mhuwiex garanzija tal-futur" - għax il-futur f'idejn Alla!!


Sunday, September 28, 2008

Taize'

Forsi ftit huma dawk in-nies li semgħu b'dan il-post: "Taize'".

Min sema' bih jaf li dan huwa post uniku fid-dinja u dan minħabba l-opportunitajiet li joffri. Min imur hemmhekk ma jmurx biss għall-vaganza - imma għal affarijiet oħra. Hemmhekk wieħed issib paċi u wkoll mumenti ta' talb sbieħ ħafna.

Il-Ħajja f'Taize' ma ddurx max-xogħol jew mal-attivitajiet illi jiġi organizati min żmien għall-ieħor. Il-Ħajja f'Taize' ddur ma' l-unika ħaġa essenzjali: It-Talb.

Kemm tkun ħaġa sabiħa kieku l-ħajja tagħna ta' kulljum ukoll tkun iddur mar-relazzjoni intima ma' Ġesu'.

Itlob b'dawn il-kant u xeni minn Taize:




Saturday, August 16, 2008

Bi Kristu Bħala Ragħaj


Bi Kristu Bħala Ragħaj

Kliem: Roberta Farrugia; Mużika: Joseph Zammit
Kant: Serah Marie Scicluna


Aħna t-tfal ferħana
bħall-merħla tan-nagħġiet
Hu Kristu li jmexxina
Jeħlisna mill-inkwiet. (x2)

Rit: Bi Kristu r-Ragħaj tagħna
qatt ma nkunu beżgħana
għax Kristu huwa r-Ragħaj
li jeħlisna minn kull gwaj. (x2)

Aħna lilu nobdu
u dejjem nimitaw
biex dak li jbiegħdna minnu
żgur dejjem nevitaw. (x2)

Rit: Bi Kristu r-Ragħaj tagħna
qatt ma nkunu beżgħana
għax Kristu huwa r-Ragħaj
li jeħlisna minn kull gwaj. (x2)

Isma din is-song min hawn:






Monday, June 30, 2008

Fuq il-Passi ta' Pawlu

Isma l-Ittra Pastorali: Fuq il-Passi ta' Pawlu





Friday, June 27, 2008

Tuesday, June 17, 2008

Sena Pawlina




MESSAĠĠ TA’ L-ARĊISQOF FIL-BIDU TA' L-ISTAGUN TAL-FESTI



MESSAĠĠ TA’ L-ARĊISQOF
FIL-BIDU TA’ L-ISTAĠUN TAL-FESTI

Din is-sena hija s-Sena Pawlina. Xieraq Ii anki l-Festi ngħixuhom f’dan il-wirt Ii tana San Pawl Missierna.

Jekk hemm kelma Ii tixraq lill-Festi tagħna, din il-Kelma hija: “Ifraħ, Ferħ”. U dan iI-Ferħ, fil-Festi tagħna dejjem isir fid-dawl tal-Fidi tagħna. Il-Festi tagħna huma msemmijin jew għal xi misteru tad-Divinita jew tal-ħajja ta’ Sidna Ġesu Kristu, jew għal xi qaddisin, l-ikbar fosthom Marija, 0mm AIla.

Naf Ii kull minjaħdem għall-Festa jagħmel dan b’sagrifiċċju, u b’sens kbir ta’ mpenn. Imma mhux bilfors dan I-impenn ikollu togħma kristjana. F’xi wħud tħoss Ii hemm fidi u talb u devozzjoni vera lejn il-Festa. lżda sfortunatament, hemm xi wħud Ii ma tagħrafx il-ħidma tagħhom fil-Festi minn dak Ii jagħmlu xi oħrajn biex itellgħu festa għal xi avveniment ieħor, jew għal xi Festival mużikali.

Appell

Jiena qiegħed nappella għal nies ta’ rieda tajba biex jibdew attivament isaffu l-Festi tagħna, jagħmluhom hekk Ii min ikun qiegħed jagħrafhom jagħraf Ii huma Festi Reliġjużi. Din għandha tkun l-unika raġuni Ii nagħmlu l-Festi u din għandha tkun iI-missjoni ta’ min jixtieq Festi Nsara Vera. Qiegħed nappella għal dawn in-nies ta’ rieda tajba: “Aħdmu fuq sħabkom Ii għandhom bżonn għajnuna biex jifhmu dawn l-affarijiet. Ibdew proċess Ii fih tifirħu Ii tagħmlu l-Festa tagħkom verament Nisranija, verament ta’ ġieħ għas-sejħa nisranija tagħna, tixraq lill-Qaddis Ii nkunu qegħdin niċċelebraw”.

Nixtieq inħalli lil San Pawl jgħallimna kif il-Ferh tagħna jista’ jkun nisrani. Ħa nisimgħu I-ewwel x’jikteb San Pawl lill-Filippin:
“Ifirħu dejjem fil-Mulej: nerġa’ ngħidilkom, ifirħu."

“ll-ħlewwa tagħkom, ħa jkunu jafuha I-bnedmin koliha. ll-Mulej qorob.

“MiII-bqija, ħuti, f’dan għandkom taħsbu: f’kuII ma hu veru, f’kull ma hu xieraq, f’kull ma hu ġust, f’kull ma hu safi, f’kuIl ma jiġbed l-imħabba, f’kuIl ma jistħoqqlu l-ġieħ, f’kull ma hu virtu, f’kull ma ħaqqu t-tifħir; f’dan kollu aħsbu.” (4,4).

Ifirħu fil-Mulej: Ma nistgħux nifirħu verament fil-Mulej, jekk f’qalbna għandna firdiet, jew jekk nippretendu Ii l-ferħ tagħna nuruh billi ngħajru lil dawk Ii mhux tal-Festa tagħna.

Il-ħlewwa tagħkom ħa jkunu jafu biha l-bnedmin kollha: Aħna nistgħu nħossu f’qalbna li għandna lill-Qaddis, iżda I-oħrajn, forsi Ii ma jemmnux, kif se nuruhom il-ħlewwa ta’ Ġesu, meta jarawna niġġieldu jew irrabjati għal xulxin?

Aħsbu f’kull ma hu veru: Jekk qegħdin niċċelebraw lil xi Qaddis u mhux biss l-istatwa tal-Qaddis, irridu dejjem iktar nitolbu flimkien u nitgħallmu flimkien biex insiru nafu x’ħabb il-Qaddis, kif għex, biex niċċelebraw ukoll il-ħajja tiegħu nisranija, inkella nkunu qed nifirdu I-istatwa mill-Qaddis Ii tippreżenta.

Aħsbu f’kull ma hu xieraq, kull ma jistħoqqlu l-ġieħ, f’kull ma ħaqqu t-tifħir: In-nisrani suppost ikollu wkoll mġiba differenti kif iġib ruħu. Nistgħu nsemmu wkoll xi affarijiet li n-nisrani ma jistax jaċċetta bħala parti mill-ħajja tiegħu: il-kliem ħażin, u d-dagħa, jekk mhux ukoll kontra xi qaddis ieħor; l-eċċess ta’ l-alkoħol forsi anke f’dawk li huma żgħar; l-eċċess fiċ-ċelebrazzjoni purament umana, b’mod speċjali f’xi marċijiet fejn anki d-diċenza tkun nieqsa. Dawn ma jaqblux b’ferħ li jsir f’isem xi Qaddis.

Ħolma u tama

Jiena għidt dan kollu għaliex nixtieq li nnaqqsu dak kollu li jista’ jfixkel il-valuri veri tal-Festi. Jiena noħlom u nittama li xi darba fil-Festi tagħna nersqu lejn dak li jgħid San Pawl: li fil-Ferħ tagħna jkun għad fadal biss dak li “jiġbed l-imħabba”.

Nibgħat il-Barka tiegħi fuq il-Festi li se jiġu ċelebrati din is-sena: fuq ilkomunitajiet l-Knisja li fi ħdanhom jiġu ċelebrati, fuq dawk li jaħdmu għalihom, u fuq dawk li jattendu għalhom.

Il-Paċi magħkom.

Pawl Cremona O.P.
Arċisqof ta’ Malta

Sunday, June 15, 2008

Jum il-Missier

Nawguraw il-Missirijiet kollha f'dan il-jum l-isbaħ AWGURI

Nitolbu flimkien ma San Ġorġ Preca għall-Ġenituri kollha:

Sinjur Alla, o Missier li berrikt 'il Adam u 'l Eva u kkmandajthom li jikbru u li joktru, bierek lill-ġenituri kollha u agħtihom l-għajnuna tal-grazzja tiegħek, biex irabbu sewwa 'l uliedhom b'kura diliġenti għas-saħħa ta' ruħhom u ta' ġisimhom.

U sabiex żgur naqilgħu minnek din il-ħniena, noffrulek il-pjagi ta' Ibnek Kristu Ġesu', li mmerita għall-bnedmin kollha l-grazzja tiegħek. Amen.

Photobucket

Wednesday, May 14, 2008

Pentekoste 2008

Messaġġ għaż-żgħażagħ kollha fis-Solenita ta' Pentekoste


For more widgets please visit www.yourminis.com