Saturday, May 23, 2009
Friday, February 27, 2009
Thursday, January 1, 2009
Is-Sena l-Ġdida...
Is-Sena l-Ġdida issa magħna!! Kemm ilna nistennewha!! Kulħadd jipprepara u fl-aħħar waslet!! Issa hu żmien fejn fih ħafna minnha se jagħmlu proponimenti ġodda għal matul din is-sena.
Se nagħtu xi ftit suġġerimenti:
Se nagħtu xi ftit suġġerimenti:
- Ipproponi li matul din is-sena tersaq għall-quddiesa ta' kuljum.
- Ipproponi li matul din is-sena ta' kuljum tmur iżur lil Ġesu' Ewkaristija u hemmhekk tiftaħ qlabek miegħU.
- Ipproponi li matul din is-sena minflok tara kif tista tavanza int - ara li tkun ftit iżjed ħanina mal-kollegi tiegħek.
- Ipproponi li tħobb iżjed lil ta madwarek, mhux biex takkwista mingħandhom, imma għax verament tridilhom il-ġid.
- Ipproponi li ta' kuljum teżamina l-ġurnata tiegħek u tara xi stajt tagħmel aħjar - u mbagħad l-għada ara li l-azzjonijiet tiegħek ikunu aħjar!!
Aħseb ftit x'tista tagħmel int fil-ħajja tiegħek biex verament din is-sena tkun aħjar min ta' qabilha!!
AWGURI GĦAL SENA MIMLIJA ĠID U BARKA LI ĠESU' BISS JISTA JAGĦTI!!
Wednesday, December 10, 2008
Kaxxa VOJTA!
Madanakollu, dakinhar tal-Milied filgħodu, it-tifla ġabet rigal żgħir lill-missierha u qaltlu: "Pa, dan għalik."
Issa kien qed jidispjaċih talli kien irrabja ma' bintu, u fetaħ il-kaxxa u sabha vojta. Qalilha: "Ma tafx li meta tagħti rigal lil xi ħadd suppost li fil-kaxxa tpoġġi xi ħaġa?"
It-tifla ħareset lejh u bid-dmugħ f'għajnejha qaltlu: "Imma Papa, mhux vojta. Jien tgħidx kemm tfajt kisses fiha. Kollha għalik!"
Il-missier bid-dmugħ f'għajnejh għannaq lil bintu. Għal żmien twil żamm dik il-kaxxa taħt is-sodda u meta l-ħajja kienet ittih ftit bis-sieq kien joħroġ bewsa mmaġinarja u jiftakar fl-imħabba kbira li bintu kienet tefgħet fihom!
Tuesday, December 2, 2008
Aghti l-Ezempju
Xi drabi huwa kien se jmur lura mil-wegħda tiegħu imma kompla jitkellem fuq Alla ma dawk li kienu jagħtuh iċ-ċans, u jgħidilhom fuq il-bidla kbira li ġrat fih.
Wara ftit taż-żmien dan ir-raġel miet, u sab ruħu f'kamra li kien fiha l-affarijiet kollha li huwa kien għamel u qal matul ħajtu kollha: l-affarijiet ħżiena kollha, il-ħsibijiet ħżiena li għaddewlu min moħħu, reġgħu ġew lura f'daqqa. Imbagħad huwa ra viżjoni ta' dak il-jum meta fetaħ qalbu għal Ġesu' u meta wiegħed li jresaq lejn Ġesu' tal-inqas min 100 persuna. Meta ra dan kollu r-raġel intefa għarkubtejh u beda jibki.
F'dak il-ħin Ġesu' resaq lejh u qallu: "Ibni, qum min hemm: għalfejn qiegħed tibki?"
Ir-raġel wieġeb: "Sinjur, jiena għamilt dawn l-affarijiet kollha ħżiena u gdibt".
"Meta gdibt?", wieġbu Ġesu'.
"Meta wegħdtek li se nressaq lejn 100 persuna. Għax anke jekk ippruvajt nagħmel dan, qas persuna waħda ma waslet li aċċetatek f'ħajjitha! Jiena ma żammejtx il-wegħda tiegħi, u għalhekk gdibt lileK!"
Ġesu' tbissimlu, mesaħħlu d-dmugħ minn ma għajnejh u qallu: "Ibni, inti ma ksirtx il-wegħda tiegħek miegħi."
"Imma Sinjur, jiena qas biss irnexxili nikkonverti persuna waħda!"
Ġesu' wieġbu: "Tiftakar meta kont qiegħed f'ristorant u wara li kilt irringrazzjajt lil Alla ta' l-ikel li hu provdilek? Kien hemm mara li kienet qatgħet qalbha li xi darba għad issib is-salvazzjani. Anke jekk jiena, ħafna drabi, ppruvajt nuriha kemm inħobbha, hija qatt ma accetatni. Kienet qegħda taħseb li la tmur lura toqtol lilha nnifisha. Imma meta ratek titlob hija fetħet qalbha għalija u ħallitni nidħol f'ħajjitha. Hija aċċetatni bħala s-Salvatur tagħha. Wieħed mit-tfal tagħha sar qassis qaddis u għen lil ħafna bnedmin jgħixu tajjeb u jersqu lejja. Dak il-ġest żgħir tiegħek bil-fidi għen mhux lil 100 persuna imma lil 100, 000 persuna jersqu lejja!"
Ġesu' bi tbissima fuq fommu wieġbu: "Jiena ħallast il-prezz tagħhom għalik: ħares lejn idejja u saqajja ppjagati, il-kustat tiegħi minfud, rasi mimlija bid-demm, u ġismi flaġġelat. It-tnejn li aħna żammejna l-wegħda tagħna!"
Niftakru li ġest żgħir jista jmiss il-qalb ta' l-oħrajn, anke jekk aħna ma nindunawx. Tbissima, kelma tajba, talba fil-pubbliku, huma affarijiet żgħar li jafu jagħtu dawl lill-oħrajn u jistgħu ukoll jibdlu l-ħajja ta' ħaddieħor.
Wednesday, November 19, 2008
Kemm jgħaddi malajr iż-żmien!! U dan jgħaddi mingħar xi kultant qas inti stess ma tkun taf!!

Ftit tal-jiem oħra u t-toroq tal-gżejjer Maltin jieħdu bixra oħra - bixra ta' ferħ, il-ferħ tal-Milied!! Ħafna minnha diġa bdew jaħsbu minn issa min fejn se jixtru r-rigali, l-kartolini, meta u kif se jżejnu djarhom, x'jistgħu jagħmlu differenti dan il-Milied u min jaf kemm il-ħsieb ieħor.
Imma f'dan iż-żmien mhux aħjar taħseb:
- Liema huma dawk in-nies li se tferraħ dan il-Milied?
- Min huma dawk in-nies li lest li tibdel l-attitudni tiegħek lejhom?
- Liema huma dawk in-nies li lest li taħfer?
- Lest li tagħmel li tista biex tisma' quddiesa kemm jista jkun kuljum, mil-llum sal-Milied?
- Kemm-il darba Ġesu' Sagramentat ħa jibqa jistennik biex iżuru?
- U meta beħsiebek tibda tqatta ftit ħin mal-familja, fejn barra li tirrilassaw flimkien, issibu wkoll ftit ħin ta' talb flimkien?
- Kemm taħseb f'dawk li huma morda, inqas ixxurtjajti minnek jew għandhom xi bżonnijiet speċjali?
Ehhh . . . . u jekk taħseb ftit min jaf kemm iżid inti ma' din il-lista!!
Mela poġġi l-ħsibijiet tiegħek fis-sod għax kif jgħidu: "Il-passat mhuwiex garanzija tal-futur" - għax il-futur f'idejn Alla!!
Sunday, September 28, 2008
Taize'
Forsi ftit huma dawk in-nies li semgħu b'dan il-post: "Taize'".
Min sema' bih jaf li dan huwa post uniku fid-dinja u dan minħabba l-opportunitajiet li joffri. Min imur hemmhekk ma jmurx biss għall-vaganza - imma għal affarijiet oħra. Hemmhekk wieħed issib paċi u wkoll mumenti ta' talb sbieħ ħafna.
Il-Ħajja f'Taize' ma ddurx max-xogħol jew mal-attivitajiet illi jiġi organizati min żmien għall-ieħor. Il-Ħajja f'Taize' ddur ma' l-unika ħaġa essenzjali: It-Talb.
Kemm tkun ħaġa sabiħa kieku l-ħajja tagħna ta' kulljum ukoll tkun iddur mar-relazzjoni intima ma' Ġesu'.
Itlob b'dawn il-kant u xeni minn Taize:
Min sema' bih jaf li dan huwa post uniku fid-dinja u dan minħabba l-opportunitajiet li joffri. Min imur hemmhekk ma jmurx biss għall-vaganza - imma għal affarijiet oħra. Hemmhekk wieħed issib paċi u wkoll mumenti ta' talb sbieħ ħafna.
Il-Ħajja f'Taize' ma ddurx max-xogħol jew mal-attivitajiet illi jiġi organizati min żmien għall-ieħor. Il-Ħajja f'Taize' ddur ma' l-unika ħaġa essenzjali: It-Talb.
Kemm tkun ħaġa sabiħa kieku l-ħajja tagħna ta' kulljum ukoll tkun iddur mar-relazzjoni intima ma' Ġesu'.
Itlob b'dawn il-kant u xeni minn Taize:
Subscribe to:
Posts (Atom)
