Friday, July 13, 2007

Niċċelebraw il-100 sena tas-Soċjeta fis-Siġġiewi

Bħal kull paroċċa oħra, il-paroċċa tagħna wkoll qed tiċċelebra il-mitt sena li s-Soċjeta' tal-Museum ilha mwaqqfwa.
Dan sar billi ż-żewġ sezzjonijiet tal-Museum fis-Siġġiewi organizzaw quddiesa ta' ringrazzjament li saret il-bieraħ. Illum, 13 ta' Lulju, ser jiġi organnizat pelegrinaġġ għal fuq il-qabar ta' Dun Ġorġ.

Il-quddiesa li saret il-bierah kienet esperjenza meraviljuża. Ma maġinajtx li ser ikun hemm daqshekk nies, imma kont imqarqa. Il-Knisja kienet mimlija nies li kien hemm xi ftit minhom kellhom joqogħdu bil-wieqfa.

Il-Kor parrokjali taħt id-direzzjoni ta' Mro Hermann Farrugia Frantz u l-organista Josef Xuereb animaw il-kant tal-quddiesa.
Il-Quddiesa ġiet ikonċelebrata mil-Arċipriet tas-Siġġiewi flimkien mal-qassisin ta' din il-paroċċa u ż-żewġ saċerdoti mis-Siġġiewi li ġew ordnati din is-sena.
Fl-omelija l-Arċipriet tkellem fuq il-kwalitajiet sbieħ li kellu Dun Ġorġ u kif aħna għandna nimitawhom.

Fl-aħħar tal-quddiesa tkellem ukoll is-Superjur Ġenerali fejn saħaq b'mod speċjali fuq l-attendenza tal-quddies.

Wara l-quddiesa, quddiem Ġesu' Sagramentat sar ftit ħin ta' talb.

Hekk bħala paroċċa irringrazjajna lil Alla tas-Soċjeta' li ilha taħdem f'Malta għal dawn il-mitt sena. Irringrazzjajna wkoll lil Alla ta' Dun Ġorġ, għax permezz tiegħu, aħna l-Maltin għandna eżempju ċar u pratiku ta' Malti bħalna li għex billi għamel dejjem dak li Alla ried minnu.


For more widgets please visit www.yourminis.com