Saturday, July 14, 2007

X'xorti għandna!!

Qegħdin ngħixu fi żmien wisq sabiħ, żmien fejn qed niċċelebraw ħafna festi, żmien li jista' jgħinna nimxu iktar il-quddiem minkejja n-negattiv li xi kultant nisimgħu.

Aħseb ftit kemm għaddejna min ċelebrazzjonijiet din is-sena:
  • Kellna ċ-ċelebrazzjoni tal-ħatra ta' Isqof ġdid.
  • Is-Soċjeta tal-Museum tiċċelebra l-mitt sena mit-twaqqif tagħha
  • Dun Ġorġ jiġi ddikjarat qaddis
  • Iċ-ċelebrazzjoni ta' l-Ordinazzjoni ta' sitt Saċerdoti, tnejn minnhom kienu mir-Raħal tagħna.

Dawn kollha huma celebrazzjonijiet li għandhom iqawwuna. Huma ċelebrazzjonijiet li għandhom jagħmlulna kuraġġ.

Għalhekk ejjew f'kull ħaġa li niċċelebraw naħsbu fuq ix-xorti li għandna li aħna nistgħu nieħdu ġid minna u nitolbu lil Alla li kull ħaġa li aħna nesperjenzaw tgħinna nimxu aktar 'il quddiem fil-ħajja tagħna.


For more widgets please visit www.yourminis.com