Biex nagħlqu dawn il-jumejn fejn iċċelebrajna l-mitt sena tas-Soċjeta fis-Siġġiewi, ġie organnizat pelegrinaġġ fejn il-qabar ta' Dun Ġorġ.
Wara li wasalna l-Blata Bajda, fl-awditorju kelna preżentazzjoni awdjo-viżuali. Kienet verament interesanti u wriet kif Dun Ġorġ, kellu ħolma, ispirat min Alla, ħolma li żvilupat fis-Soċjeta tal-Museum.
Wara li nqsammna fi tlett gruppi kull grupp kellu ċ-ċans li jitlob ħdejn il-qabar ta' Dun Ġorġ. Kellna wkoll mument ta' talb fi grupp mmexxi min adorazzjoni li kiteb Dun Ġorġ stess, Salm u qari min waħda mill-Ittri ta' San Pawl. Kellna ċ-ċans ukoll li min ried seta jixtri xi tifkira min Preca Library.
Kienet esperjenza verament sabiħa li tara numru daqshekk kbir ta' nies ħerqanin li jitgħallmu, jitolbu u jesperjenzaw aktar l-ispirtiwalita li kellu Dun Ġorġ. Verament kienet xi ħaġa li tħeġġek min ġewwa.
Dun Ġorġ ibqa' ħares lejn dawn il-gzejjer li minnhom int bdejt ħolma, li baqgħet għal dejjem: dik il-ħolma li d-dinja kollha tkun taf bl-Evanġelju tal-Mulej.