Issa li l-vaganzi daħlu sewwa, għax ninsabu diġa f'nofs Lulju.
Imma kif qegħda ngħix dawn il-vaganzi? Qegħda nieħu vaganza min kollox? Għandi nieħu vaganza min kollox?
Fiż-żmien il-vaganzi, speċjalment tas-Sajf, hija tendenza kbira li nieħdu kollox relax:
- tendenza li mmorru xi btala barra min Malta tendenza li nieħdu granet off u noqgħodu relax id-dar
- tendenza li naħdmu inqas
Imma dan dejjem huwa tajjeb? U min xiex għandi nieħu vaganza? Fil-btajjel tiegħu l-Papa Beneditu XVI qal hekk:
Mela allura, ma nieħux vaganza min kollox! Mela allura nistrieħ b'mod fiżiku, filwaqt li nuża dan il-ħin "żejjed" li jiena ser ikolli biex nikber spiritwalment.
Dan nista nagħmlu billi:
- meta nkun waqt il-vaganza tiegħi, nerfa l-ħsieb tiegħi lejn Alla kif kien jgħid San Ġorġ Preca - li dak kollu li aħna naraw għandu jfakkarna f'Alla. Mela jekk eż: nara muntanja, jien nista niftakar f'dak it-tagħlim li Ġesu' għallem min fuq il-muntanji.
- waqt il-ħin ta' mistrieħ għandi nsib ftit ħin fejn jiena nagħmel xi ftit meditazzjoni u naħseb ftit fuq il-ħajja tiegħi, u wkoll fuq xi pass bil-Bibbja, eż: il-Vanġelju tal-jum.
- Nipprova, li jekk qabel forsi ma kontx nieħu sehem fil-quddiesa ta' kuljum, issa nista nibda nieħu sehem.
Żgur li jekk niddedikaw ftit ħin mill-vaganzi tagħna lil Alla dawn iħallu profit ferm ikbar fina.