Tuesday, December 25, 2007
Il-MILIED IT-TAJJEB!!
Monday, December 24, 2007
Jum 9: Is-Silenzju
Aħseb ftit:
- Kemm jiena prudenti fil-kliem li ngħid?
- Naħseb spiss li ta' kull kelma żejda jiena rrid nagħti kont lil Alla?
Il-Paċenzja
Aħseb ftit x'ikollok bżonn kontinwament fil-ħajja tiegħek. Din żgur li hija l-Paċenzja. Ftit huma l-ġranet fejn fihom ma jkollnix bżonn xi ftit jew wisq il-paċenzja.
Ara ftit kemm paċenja ħadu Marija u Ġużeppi matul il-ġranet li huma qattgħu ġewwa Betlehem. U daħħal din il-paċenzja fil-ħajja tiegħek!
Jum 8: Il-Manswetudni
Dan il-Milied mela aħfer lil dik jew lil dak li tinsab miġielda min magħhom u hekk tkun qed tesperjenza dik il-paċi li Ġesu' Bambin ġie jwassal.
L-Umilta'
Ħares ftit ġewwa l-grotta ta' Betlehem u ibqa ċert li jekk hemm ħaġa li m'intix ser issib din hija s-suppervja!
- Marija stess stqaret li hija l-iżgħar fost il-qaddejja t'Alla.
- Ġużeppi dak ir-raġel ġust li ma xtaqx ixxerred xnigħa kerha kontra Marija l-għarusa tiegħu - għalkemm il-liġi kienet tagħtih dan id-dritt!
Ħares mela f'din il-grotta, osserva u tgħallem!
Jum 7: Il-Fedelta t'Alla
Permezz tat-Twelid ta' Ġesu' ġewwa Betlehem, permezz tal-Verġni Marija Alla kien qed iwettaq il-wegħdiet li għamel permezz tal-profeti.
Dan jurina kemm Alla dejjem iżomm kelmtu u dejjem huwa fidil lejn dawk li jimxu warajH. Allura sejra int ma tafdax lil Alla meta huwa jitolbok tagħmel xi ħaġa li int forsi taħseb li ser tkun wisq diffiċli għalik?
Il-Ħniena t'AllaTant huwa ħanin Alla mal-bniedem li umilja lill-Ibnu stess biex hekk il-bniedem ikollu s-salvazzjoni ta' dejjem.
Meta tara din il-Ħniena t'Alla għalik - sejjer int ma tħennx għal dawk ta' madwarek?
Jum 6: Providenza t'Alla
Hekk stqarrew l-anġli lir-rgħajja: "Għaliex twieled għalikom is-Salvatur li Hu Kristu l-Mulej, fil-belt ta' David."
Mela ħares lejn din it-tarbija u ara fiH il-providenza t'Alla li ta' kuljum int għandek tintelaq fi ħdanha.
Id-Dinjita tan-Nisrani
In-Nisrani għandu dinjita ta' l-għaġeb. Huwa jista jistqarr b'wiċċu min quddiem li Alla nnifsu sar ħuh u dan għax iħobbu.
Imma aħseb ftit:
- Fil-ħajja tiegħi qegħda jiena ngħix bħala nisranija li jekk Ġesu' jħares lejja jkun jista jgħid: "Dik hija nisranija għal qalbi!"
Jum 5: Kemm huma terribli l-pwieni ta' l-infern
Mela ħares lejn din it-tarbija u ftakar li int tinsab fid-dinja, imma m'għandekx għalfejn tkun tad-dinja għax ħajtek tinsab f'pellegrinaġġ kontinwu lejn DAK li sar bniedem bħalek biex jurik it-triq għal għandU!
Friday, December 21, 2007
Jum 4: L-Ubbidjenza
Jum 3: Il-Faqar
Jum 2: L-Umanita' ta' Kristu
Jum 1: Id-Divinita' ta' Kristu
Sunday, December 16, 2007
Novena
Sunday, November 25, 2007
Kristu Re...
Din il-festa liturġika ta' Kristu Re hija waħda li żgur tfakkarna fuq kemm aħna rridu nimxu wara dan is-sultan li qatt ma jinsina.
Tant hu hekk li anke meta kien minxur fuq salib - kwazi bla ħajja - minxur bejn żewġ ħallelin, li għalkemm it-tnejn li huma kienu ħatja kellhom attitudni fejn differenti min ta' xulxin dwar is-sentenza li huma rċevew.
Wieħed minnhom kien qed jara biss it-tmiem u xejn iktar. Imma l-ieħor, ra sinjal quddiemu, ra miktub fuq is-salib ta' Ġesu': "Dan hu s-Sultan tal-Lhud." u bħal wieħed li ma kellux x'jitlef iddeċida li jimxi fuq dan is-sinjal u lil Ġesu' qallu: "Ftakar fija meta tkun fis-Saltna tiegħek." Turina kemm kien ċert li dak li kien qed jagħmel Ġesu' kien qed jagħmlu għal-ġid tan-nies li huwa ried fis-Saltna Tiegħu. U Ġesu' tah dak li xtaq: "Il-Lejla tkun miegħi, il-Ġenna."
Dak il-ħalliel tajjeb ngħidu li seraq il-ġenna wkoll - imma jiena naħseb li mhux seraq il-ġenna, imma fehem verament li ħajtu kella tkun kollha ma' dan is-Sultan li bħalu kien imsallab, u biex ma jitlef xejn mill-minuti li kien għad fadallu mbiegħed minnU qallu hekk.
J'alla aħna wkoll nifmhu li kull minuta li jkollna mbegħdin min mas-Sultan tagħna Ġesu' din tkun moħlija.
Thursday, November 15, 2007
Saturday, November 10, 2007
Spirtu t'Alla...
- Lesta jiena li nħalli l-Ispirtu t'Alla jmexxili l-ħajja tiegħi?
- Lesta jiena li nagħmel dejjem dak li hu tajjeb u qatt dak li hu ħażin?
- Lesta jiena li nuri verament x'nemmen u ngħix dak li nemmen?
Nitlob lill-Ispirtu t'Alla jgħina billi nitolbu: Spirtu s-Santu Alla dawwal is-sensi, kebbes il-qalb ta' l-iskulari ta' Ġesu' Kristu. Amen
Sunday, November 4, 2007
AWGURI!!
Novembru
Vera hi xi ħaġa sabiħa li f'dan iż-żmien qabel ma jibda żmien l-Avvent li jgħinna niffukaw iktar fuq il-Milied, il-Knisja tqegħdilna fuq il-ħsieb tagħna l-Qaddisin.
Min huma l-Qaddisin?
Il-Qaddisin huma dawk li għexu il-ħajja tagħhom bil-mod kif riedhom Alla, b'intimita kbira miegħu u ħadmu kemm setgħu fuq il-perfezzjoni fil-ħajja tagħhom, bil-grazzja li Alla jitfa fihom.
Tinstema xi ħaġa faċli meta taqra hekk imma fil-verita' din tista tkun il-programm ta' ħajjitna.
Imbagħad naħsbu fil-mejtin tagħna li wkoll ipruvaw jgħixu ħajja tajba. Dawn huma nies li aħna nafu, li jista jkun li jiġu minna jew inkella ħbieb tagħna li min jaf kemm-il darba kienu ta' għajnuna għalina. Bħalna dawn ġieli għamlu affarijiet ħżiena u għalhekk importanti li nitolbu għalihom.
Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu huma fis-sliem. Amen.
Tuesday, October 23, 2007
Internet
Sunday, October 21, 2007
Qas qatt ma kont nimaġinak. . . .
Kont qed naħseb ftit u ġo moħħi ġiet din il-mistoqsija: "Dawk ta' madwari, jekk ma ngħidilhomx jien, jindunaw li jiena qegħda nipprova nimxi wara Ġesu'?"
Ġesu' stess jgħid lill-appostli li mill-frott tagħhom intom tgħarfuhom. Lili jimaġinawni li jiena nisranija ta' vera?
- L-iskola, ix-xogħol, u kull fejn inkun ngħin lil dawk ta' madwari bħal ma kieku jgħinhom Ġesu'?
- Naġixxi jiena bħal ma kieku jaġixxi Ġesu' fejn inkun?
- Jekk xi ħadd jibda jgħid kontra xi ħadd - x'nagħmel?
- Jekk kulħadd jibda jgħid kontra l-fidi tiegħi - jien x'nagħmel?
Mela mhux ta' b'xejn li jistgħu jgħidulna: "Illl... qas qatt ma kont nimaġinak li int daqshekk nisranija!!!"
San Ġwann jikteb: "Urini l-fidi tiegħek mill-opri tiegħek!"
Wednesday, October 3, 2007
Ottubru . . .
F'postu li tqatta kwarta titlob ir-rużarju meta tista tagħmel xi ħaġa utli oħra?
Imma qabel naraw jekk ir-rużarju hux utli jew le, irridu nsaqsu: X'inhu r-Rużarju? X'ġid nista nieħu minnu jien?
Meta wieħed jgħid ir-Rużarju jkun qiegħed jaħseb fuq il-ħajja ta' Ġesu' u tal-Madonna - u għalhekk jiġbed għalih tagħlim tal-ħajja ta' dejjem. Mela ġid biss jista joħroġ mir-reċita tar-Rużarju. Għalhekk ir-Rużarju huwa utli għall-ħajja tagħna.
Barra min hekk ir-Rużarju jista jkun mezz fejn il-familja tiltaqa flimkien u titlob. Meta l-familja tiltaqa flimkien tiżdied il-kommunikazzjoni bejniethom u għalhekk jonqos il-ġlied. Meta l-familja titlob flimkien tibqa iktar magħquda u tiġbed fuqha l-grazzji mis-sema.
Mela għalfejn għandi jiena nidejjaq li nqatta kwarta ngħid din it-talba? Dun Ġorġ kien jgħid li l-Madonna tibqa tistenna r-Rużarju tagħna sa nofs il-lejl. TĦALLIHIEX TISTENNA!
Friday, September 28, 2007
Erġajna bdejna...
Erġajna bdejna jew daqt nerġgħu nibdew!
- Min beda l-iskola u min għadu ser jibda. Ħafna ħaddiema daqt jirrotornaw lura għall-ħinijiet tax-xitwa.
- Daqshekk sajf - daqshekk nistgħu ngħidu: "U qegħdin fis-sajf - noħduha ftit relax.
- It-tfal irritornaw fuq is-siġġijiet ta' l-iskola u tad-duttrina - ħafna ommijiet qalu li issa ċ-ċans tagħhom li jistrieħu ftit.
F'kelma waħda: Kollox lura għan-normal. Imma dan xi jfisser?
Dan jista jfisser ħafna affarijiet:
- Jista jfisser li issa nitqatel bix-xogħol - għax il-ħajja dejjem trid
- jista jfisser li issa daqshekk nitlob - b'dan ix-xogħol kollu kif nista nsib ċan nitlob?
- jista jfisser li r-rutina li jiena nidħol fiha taljejnani mill-kumplament ta' sħabi u mill-familja
imma jista jfisser ukoll:
- li għalkemm għandi iktar ħinijiet fejn fihom għandi iktar x'nagħmel, dan jgħini nsib bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja
- li jkolli ħin fiss mal-Mulej - fejn fih jien u Hu nitkellmu u dan il-ħin ma joħodlu post ħadd
- li r-rutina tgħinni nikber u fiha nsib ħin fejn insir naf iktar lili nnifsi biex hekk inkun nista nkompli nkabbar il-karratru tiegħi.
X'jfisser li erġajna bdejna huwa kompletament f'idejja. Mela jien irid nideċidi x'ser ifisser il-ħin li jiena ser ngħix matul din ix-xitwa u matul il-ħajja tiegħi kollha.
Monday, September 24, 2007
LilU biss..
Lilu biss infittex biex inqim
Din il-Kanzunetta hija mikuba min żagħżugħa ta' 16-il sena u turina kemm dak li aħna nagħmlu dejjem għandna nagħmluh għall-ikbar glorja t'Alla.
Tajjeb li nibdew sena skolastika, u iktar u iktar, sena kateketika b'dan il-ħsieb. J'Alla dak kollu li nitgħallmu u li ngħallmu lil ħaddieħor, kemm fil-klassi u anke fuq kull post li aħna nkunu fih, nattribwixu kull glorja tiegħu lil Alla.
Niżżel is-song min hawn isfel.
Lejh biss . . .
Hekk ipproponew il-bieraħ erba' żgħażagħ mill-parroċċa tagħna, fiċ-ċerimonja tal-Kandidati.
Min qalbna aħna nifirħu lil: Charlot Attard; Christian Cassar; Gabriel Abela u l-Marco Bonnano u nawgurawlhom illi b'qalbhom kollha jħarsu lejn Dak li sspira ħafna nies, lejn Dak li jwettaq il-ħolm tal-bniedem għax Huwa jista' kollox.
Kien l-istess Ġesu' li sspira lil Dun Ġorġ bil-ħolma tal-Museum, dik il-ħolma li issa huma ser jkollhom ix-xorti li jgħixu.
Nawgurawlkom ħafna u nwegħdukom it-talb tagħna.
Saturday, September 15, 2007
Wednesday, September 12, 2007
Int x'int tagħmel?
Issa mitluf wisq biex jaħseb f'Alla
...mimlija bil-grazzja...
San Anton
Dan il-ġnien publiku minn dejjem kien wieħed mill-iktar sereni u sbieħ ġewwa Malta, u l-Maltin kollha, speċjalment it-tfal jieħdu gost meta tkun ippjanata xi ħarġa għal San Anton! Imma matul din il-ġimgħa xi ħaġa speċjali - għax matul din il-ġimgħa f'San Anton wieħed jista jagħmel esperjenza mhux tas-soltu.
Is-Soċjeta' tal-Museum, biex tiċċelebra l-100 sena mit-twaqqif tagħha qegħda tagħmel ġimgħa sħiħa f'dan il-ġnien.
Hija ġimgħa fejn INT:
- tista ssir taf iktar lil din is-Soċjeta,
- issir taf iktar lill-Fundatur tagħha
- issir taf iktar int min int u kif tista timxi l-quddiem fil-ħajja tiegħek
- jekk trid, tista tagħmel ġimgħa t'esperjenza magħna
F'San Anton issib diversi zoni li biex idurhom kollha sew u bir-reqqa trid tmur u terġa tmur bħal ma ġa għamlu ħafna Maltin.
Hija xi ħaġa ferm sabiħa li tara daqstant nies f'dan il-post. EJJA INT UKOLL U ŻGUR LI MA JIDDISPJAĊIKX!!!
Wednesday, September 5, 2007
X'Esperjenza!
- L-Intenzjoni Retta: fejn is-Sup. Carmen Xuereb urietna kemm verament Dun Ġorġ għamel kollox għall-glorja t'Alla u kif aħna nistgħu nimitawh. Xi ħadd qalli li din il-ħaġa - li nagħmlu kollox għall-ikbar glorja t'Alla - vera laqtitu u li hemm bżonn li jirepetiha lilu nnifsu ta' spiss. Wara ħsibt kemm kont ilni nafha din il-ħaġa, u kemm kont ilni nismagħha pero kont qed ninsa nfakkarha lili nnifsi xi kultant. TAJJEB LI NIPPRATIKAW DAK LI NISIMGĦU TA' SPISS.
- Il-Ktieb il-Kbir: Hawn is-Sup. Mansy Cutajar wrietna kif Dun Ġorġ kien jimita l-Ġesu' Kurċifiss, li hu kien isejjaħlu il-Ktieb il-Kbir. Ħarġet diversi affarijiet li wieħed jista' jaħseb fuqhom meta jħares lejn il-Kurċifiss fosthom: il-Maswetudni; l-Umilta'; l-Faqar. Tajjeb li ta' spiss nħares lejn dan l-Imgħallem wieħed tal-bnedmin u minnu nixorbu t-tagħlim tal-ħajja ta' dejjem.
- Id-Dixxipulat: Hawnhekk Sup. Josephine Farrugia wrietna syllabus li wieħed irid jagħmel biex ikun fl-iskola ta' Kristu. Kemm hemm suġġetti sbieħ li tajjeb li ninkorporawhom fil-ħajja tagħna.
- Il-Benedicta: F'din il-laqgħa smajna ħafna, permezz tas-Sup. Doris Ghio, fuq l-importanza tar-rużarju u kemm privileġi Marija Santissima għamlet għal dawn li jgħidu r-rużarju kuljum. Uriet tajjeb li wieħed mhux għax verament m'għandux ħin biex jgħid ir-rużarju imma għax ħafna drabi wieħed ma jkunx irid.
- L-Orazzjoni: Fl-aħħar ta' din il-ġimgħa ta' tagħlim, is-Superjura Ġenerali Phyllis Falzon urietna kemm fit-talb għadna bżonn tal-perseveranza u l-umilta'.
Kienet ġimgħa fejn żgur kull min ġie tgħallem xi ħaġa li swietlu ta' ġid. Ejjew mhux biss nisimgħu u nitgħallmu, imma nipratikaw dak li aħna nkunu smajna.
Tuesday, September 4, 2007
Ġimgħa ta' Tagħlim 2007
Kulħadd jieħu gost li jkollu xi blank cheque iffirmat u li jista jsarfu meta jrid. It-Tagħlim hekk hu - titgħallem u meta jkollok bżonn dik it-tagħlima, għax tkun f'xi ċirkustanza partikolari, int tkun tista ssarafa dak ic-cheque billi tiftakar dak li tkun tgħallimt u tiprattikah.
Għalhekk attendi int, u għid lill-oħrajn jiġu wkoll!!
Monday, August 27, 2007
Għandi bżonn......
- Kull fil-għodu meta niġu biex noħorġu mid-dar, biex jieħu ħsieb lilna u lill-familji tagħna
- Ma kull biċċa xogħol li nagħmlu, li apparti li noffruha għalih, permezz tagħha jkun jista jsir il-ġid.
- meta nkun qed inħabbel moħħi għax xi ħaġa tkun ġewwa bil-kontra!
- U għal dak kollu li ngħaddu minnu
Aħseb il-mumenti kollha li int, matul il-ġurnata tal-llum (anke jekk għadu fil-għodu kmieni) kellek bżonn lil Alla.
Mela ipproponi li min issa 'l quddiem kull meta jkollok bżonnU inti tirrekorri lejH għax hu jkun qed jisimgħek żgur.
Wednesday, August 15, 2007
Marija mtellgħa s-Sema . . . it-tama tagħna
Dan il-futur muri lilna minn Alla ma għandux x’jaqsam biss ma’ dak li qed jistenniena wara l-mewt, meta niltaqgħu ma’ Alla wiċċ imb’wiċċ, imma joffrilna għan għal ħajjitna li jissarraf fil-ħajja tagħna tal-lum. Infatti, it-tama nisranija mhix aljenazzjoni jew ħarba mill-impenn tal-ħajja ta’ kuljum. Jekk nifhmu hekk, inkunu qed inħaddnu ereżija. “Il-Knisja tgħallem”, jgħidilna l-Konċilju, “li t-tama eskatoloġika ma tnaqqasx l-importanza tad-dmirijiet fuq l-art, anzi ssaħħah it-twettiq tagħhom b’raġunijiet ġodda. Għall-kuntrarju, jekk jonqos il-pedament ta’ Alla u t-tama tal-ħajja ta’ dejjem, id-dinjita’ tal-bniedem tonqos ħafna …. u l-enigma tal-ħajja u l-mewt, tal-ħtija u ta’ l-indiema, jibqgħu bla tweġiba u għalhekk mhux ftit drabi l-bnedmin jaqgħu fid-disperazzjoni” (Gaudium et Spes, 21).
Mela nħarsu lejn din l-omm tagħna u bħal ma għamlet hi nitammaw f'Alla tagħna.
Monday, August 13, 2007
Blogs tagħna . . . issa f'ppt
Tuesday, August 7, 2007
Dun Ġorġ . . . bniedem ta' qabel żmienu
L-artiklu jinsab hawn: http://www.catholic.org/hf/kids/story.php?id=24017 u wieħed jista jiddownlodjah bħala .pdf file min hawn.
Jitkellem fuq l-importanza li l-lezzjonijiet tal-katekiżmu jkunu atreanti u b'tali mod li t-tfal li jkunu qed jitgħallmu ma jiddejqux. Iħoss il-bżonn li t-tfal għandhom jitgħallmu ċertu affarijiet meta jkunu għadhom żgħar u josserva li fil-vilaġġi t-tfal huma iktar lesti li joqogħdu bil-qegħda jisimgħu, u li l-ġenituri iktar jibagħtuhom għal-lezzjoni tal-katekiżmu ta' kuljum u jmorru magħhom għall-quddiesa ta' kuljum.
Jinħass il-bżonn ukoll li min jgħallem, speċjalment jekk dawn ikunu katekisti li ma jkunux la saċerdoti u anqas sorijiet, li jkunu iffurmati sew.
Mela allura Dun Ġorġ verament kien bniedem ta' qabel żmienu. Qara s-sinjali taż-żminijiet, u bil-meditazzjoni sema l-vuċi t'Alla li mexxietu biex jiftaħ għaqda li kellha tforni l-gzejjer maltin b'tagħlim li għen mhux biss lil persuni individwali imma wkoll is-Soċjeta maltija inġenerali.
Saturday, July 28, 2007
Se nsiefer!!!!!!!!!!!!!
Huwa żmien ta vaganzi u għalhekk kulħadd jara kif ser jaqta ftit min dik ir-ruttina tas-soltu, u jieħu xi btala żgħira, anke jekk din tkun tfisser xi erbat ijiem ġewwa l-gżira t'Għawdex.
Meta wieħed joqgħod jaħseb fuq il-vjaġġ li wieħed jagħmel meta jmur f'xi art oħra jista' jiġih ġo moħħu l-ħsieb li aħna hawnhekk qed ngħixu vjaġġ - vjaġġ lejn is-sema pajjiżna. Il-mod ta' kif aħna naġġixxu waqt dan il-vjaġġ jindika fejn il-vjaġġ tagħna ser jispiċċa.
- Jekk ngħixu tajjeb dan il-vjaġġ ser jispiċċa l-ġenna - fejn inkunu l-ħin kollu fil-preżenza t'Alla u għalhekk żgur li nkunu ferħanin.
- Imma jekk f'dan il-vjaġġ nagħmlu affarijiet li jmorru kontra l-liġi t'Alla, li hija liġi li tħares l-umanita' imbagħad wara rridu npattu ta' dawn in-nuqqasijiiet tagħna.
Dan hu l-uniku eżami li nafu x'ser ikun fih! Eżami fejn nafu l-mistoqsija: X'għamilt int ta' ġid lil dawk ta' madwarek, b'imħabba lejhom u lejja (Alla)? Mela f'dan il-vjaġġ aħdem dejjem għal Alla. F'IDEJK!
Wednesday, July 25, 2007
Il-Printer . . . . u jien!!?!!!??
Il-printer jipprintja dak li inti tagħtih. Mhu ser joħroġ xejn dak li qabel int ma tkunx tajtu. U hekk aħna!! Aħna ma nistgħu nagħtu l-ebda eżempju tajjeb, ma nistgħu nagħtu l-ebda tagħlima jekk qabel ma nkunux ġibniha min x'imkien.
Tuesday, July 17, 2007
Vaganzi - ta xiex?
- tendenza li mmorru xi btala barra min Malta tendenza li nieħdu granet off u noqgħodu relax id-dar
- tendenza li naħdmu inqas
Imma dan dejjem huwa tajjeb? U min xiex għandi nieħu vaganza? Fil-btajjel tiegħu l-Papa Beneditu XVI qal hekk:
"Every good Christian knows that vacations are an opportune time to stretch one's body and to nourish the spirit in more ample spaces of prayer and meditation, to grow in one's personal relationship with Christ, and to conform more and more to his teachings".Mela allura, ma nieħux vaganza min kollox! Mela allura nistrieħ b'mod fiżiku, filwaqt li nuża dan il-ħin "żejjed" li jiena ser ikolli biex nikber spiritwalment.
Dan nista nagħmlu billi:
- meta nkun waqt il-vaganza tiegħi, nerfa l-ħsieb tiegħi lejn Alla kif kien jgħid San Ġorġ Preca - li dak kollu li aħna naraw għandu jfakkarna f'Alla. Mela jekk eż: nara muntanja, jien nista niftakar f'dak it-tagħlim li Ġesu' għallem min fuq il-muntanji.
- waqt il-ħin ta' mistrieħ għandi nsib ftit ħin fejn jiena nagħmel xi ftit meditazzjoni u naħseb ftit fuq il-ħajja tiegħi, u wkoll fuq xi pass bil-Bibbja, eż: il-Vanġelju tal-jum.
- Nipprova, li jekk qabel forsi ma kontx nieħu sehem fil-quddiesa ta' kuljum, issa nista nibda nieħu sehem.
Żgur li jekk niddedikaw ftit ħin mill-vaganzi tagħna lil Alla dawn iħallu profit ferm ikbar fina.
Saturday, July 14, 2007
X'xorti għandna!!
- Kellna ċ-ċelebrazzjoni tal-ħatra ta' Isqof ġdid.
- Is-Soċjeta tal-Museum tiċċelebra l-mitt sena mit-twaqqif tagħha
- Dun Ġorġ jiġi ddikjarat qaddis
- Iċ-ċelebrazzjoni ta' l-Ordinazzjoni ta' sitt Saċerdoti, tnejn minnhom kienu mir-Raħal tagħna.
Dawn kollha huma celebrazzjonijiet li għandhom iqawwuna. Huma ċelebrazzjonijiet li għandhom jagħmlulna kuraġġ.
Għalhekk ejjew f'kull ħaġa li niċċelebraw naħsbu fuq ix-xorti li għandna li aħna nistgħu nieħdu ġid minna u nitolbu lil Alla li kull ħaġa li aħna nesperjenzaw tgħinna nimxu aktar 'il quddiem fil-ħajja tagħna.
Pellegrinaġġ
Wara li wasalna l-Blata Bajda, fl-awditorju kelna preżentazzjoni awdjo-viżuali. Kienet verament interesanti u wriet kif Dun Ġorġ, kellu ħolma, ispirat min Alla, ħolma li żvilupat fis-Soċjeta tal-Museum.
Wara li nqsammna fi tlett gruppi kull grupp kellu ċ-ċans li jitlob ħdejn il-qabar ta' Dun Ġorġ. Kellna wkoll mument ta' talb fi grupp mmexxi min adorazzjoni li kiteb Dun Ġorġ stess, Salm u qari min waħda mill-Ittri ta' San Pawl. Kellna ċ-ċans ukoll li min ried seta jixtri xi tifkira min Preca Library.
Kienet esperjenza verament sabiħa li tara numru daqshekk kbir ta' nies ħerqanin li jitgħallmu, jitolbu u jesperjenzaw aktar l-ispirtiwalita li kellu Dun Ġorġ. Verament kienet xi ħaġa li tħeġġek min ġewwa.
Dun Ġorġ ibqa' ħares lejn dawn il-gzejjer li minnhom int bdejt ħolma, li baqgħet għal dejjem: dik il-ħolma li d-dinja kollha tkun taf bl-Evanġelju tal-Mulej.
Friday, July 13, 2007
Niċċelebraw il-100 sena tas-Soċjeta fis-Siġġiewi
Hekk bħala paroċċa irringrazjajna lil Alla tas-Soċjeta' li ilha taħdem f'Malta għal dawn il-mitt sena. Irringrazzjajna wkoll lil Alla ta' Dun Ġorġ, għax permezz tiegħu, aħna l-Maltin għandna eżempju ċar u pratiku ta' Malti bħalna li għex billi għamel dejjem dak li Alla ried minnu.
Tuesday, July 10, 2007
Jimmy . . . u Jien??
The minister frowned as he saw the man hadn't shaved in a while.
The minister knelt at the altar; he'd never done it before.
"I JUST CAME AGAIN TO TELL YOU,
LORD,HOW HAPPY I'VE BEEN, SINCE WE FOUND EACH OTHERS
FRIENDSHIP AND YOU TOOK AWAY MY SIN.
DON'T KNOW MUCH OF HOW TO PRAY,
BUT I THINK ABOUT YOU EVERYDAY. SO, JESUS,
THIS IS JIM CHECKING IN TODAY."
Past noon one day, the minister noticed that old Jim hadn't come.
The hospital staff was worried, But he'd given them a thrill.
Changed people, were his reward.
The head nurse couldn't understand why Jim was so glad,
Looking surprised, old Jim spoke up and with a winsome smile;
"I JUST CAME AGAIN TO TELL YOU, JIM,HOW
Sunday, July 8, 2007
Bhal dan iż-żmien sena . . . .WYD08
'You will receive power when the Holy Spirit has come upon you; and you will be my witnesses.' Acts 1:8
This passage occurs after the death and resurrection of Jesus, just before his ascension to the Father. It represents the birth of the Church.
The disciples had questioned Jesus about the time of the restoration of Israel. His words 'You will receive power when the Holy Spirit has come upon you' were somewhat surprising - they referred to a new meaning of the word "power". Jesus promises a different kind of "power" to help the Jews from under the yoke of Roman occupation. The power He promises to give is the very Spirit of God, the dynamic potential for transformation, the very condition of living according to the manner of Jesus' life.
This Spirit is not a vague ambiguous force, rather it is a Divine Person, the true Self Gift of the Father to the Son, and the Son to the Father, and hence the gift of the Father to us in the Son - with Him we say "Our Father". Only with the reception of the Spirit of Jesus can we exercise the authentic passion of the Heart of Christ, and hence by being set on fire with it do we as persons become witnesses to Him and everything for which He stands.
The ultimate witness we can make is to follow in the pattern of His life through the total self gift of our lives, lived authentically in truth and love for Him and at the service of others.
Tuesday, July 3, 2007
"Fassal ħajtek fuq dak li jkollok f'idejk."
Is-sitt qassisin ġodda huma: Rev. Manuel Camilleri SDB, Rev. Mario Mangion u Rev. Josef Mifsud (it-tnejn mis-Siġġiewi), Rev. Justin Schembri OP, Rev. Kevin Schembri (min-Naxxar), u Rev. Ivan Scicluna OFM Cap. Ġie ordnat ukoll bħala djaknu: Bro. Alfred Vassallo OCD.
Hija wkoll okkażjoni speċjali għar-raħal tagħna s-Siġġiewi għax tnejn mis-sitt qassisin li ġew ordnati huma mill-parroċċa tagħna. Imma dan xi jfisser għalina? Għandu jfisser ħafna, għax jurina b'mod aktar pratikku kemm il-Mulej għadu jsejjaħ persuni biex ikunu kollha għalih u dawn bil-grazzja li Huwa tagħhom wieġbu għal din is-sejħa wara mixja ta' seba' snin ġewwa s-Seminarju issa jinsabu għas-servizz tiegħU u tal-Knisja.
Verament dawn il-qassisin u djaknu ġodda jridu jfasslu ħajithom fuq Kristu li minn issa huma (l-qassisin) ser jġibu preżenti fl-Ostja Konsagrata waqt iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija.
Saturday, June 30, 2007
San Pietru u San Pawl
- Naraw li t-tnejn li huma f'waqtiet min ħajjithom ma aċċetawx lil Ġesu'.
Pietru itradixxa lil Ġesu' tlett darbiet u Pawlu għamel parti min ħajtu jippersegwita lil insara u hekk jaħdem biex il-Knisja ma tkomplix tinxtered. Madanakollu ma waqfux hemm għax meta Ġesu' tagħhom ic-challenge li jinbidlu u li jkollhom sehem attiv fil-Knijsa ma saqsewx "għaliex" jew "għalfejn" imma aċċettaw dik l-istedina u qalulu iva. Pietru jistqarr tlett darbiet li jħobb lil Ġesu', u għalkemm ħass għafsa ta' qalb għax saqsih tlett darbiet, tant kien ċert li jħobb lil Ġesu' li qallu li anke Hu jaf li jħobbu: "Iva Mulej, int taf li nħobbok." (Ġw 21:16). Pawlu meta waqa min fuq iż-żmien staqsih: "Min int Mulej?" u din il-mistoqsija turina li hu ried li jsir jaf lil Ġesu'. Hekk aħna wkoll, anke jekk niżbaljaw għandna dejjem naċċettaw il-ħniena t'Alla li jaħfrilna dnubietna, u wkoll il-grazzja li huwa jagħtina meta jsejħilna għal dik it-triq li huwa jridna ngħixu għall-glorja tiegħU.
- Dawn iż-żewġ qaddisin ħadmu bil-ħila kollha tagħhom biex iwasslu l-Kelma ta' Ġesu', mhux biss fejn kienu jgħixu imma madwar id-dinja kollha.
U ngħidu bejna u bejn ruħna: "Issa jiena posti nippriedka lil dak jew lil ieħor? Mela jien naf kif?" Importanti li nifmhu li wieħed jista jwassal il-messaġġ mhux biss permezz tal-kliem, imma wkoll permezz ta' l-eżempju tiegħu.
Inti tkun ta' ċanfira għal sħabek tax-xogħol jekk inti ma titlaqx qabel suppost mill-ħin u dejjem tagħmel xogħolok sew, anke jekk jagħduk biż-żmien.
Inti tkun ta' ċanfira għal sħabek ta' l-iskola jekk minflok tiskarta lezzjonijiet, tfittex li toqgħod attenta għalihom u tagħmel ħiltek biex tmur tajjeb, mhux biss biex iġib riżultati tajbin, imma wkoll għax dak huwa li Alla dak irid minnek.
Jekk int tgħix tajjeb tkun qed twassal il-messaġġ ta' Ġesu' bl-aktar mod effettiv.
- Kemm San Pietru u wkoll San Pawl ma beżgħux juru l-fidi tagħhom, anke meta din kienet tmur kontra dik ta' l-awtoritajiet.
Illum il-ġurnata aħna wkoll qed nisimgħu b'diversi settet u reliġjonijiet li qed jipproponu mod ta' ħajja ġdida. Ma rridux nibżgħu nuru li aħna nemmnu f'Ġesu' u li aħna membri tal-Knisja Kattolika. Għandna wkoll bi prudenza kbira nidefendu ruħna min dawk li forsi joħduha kontra r-reliġjon tagħna.
Hemm ħafna iżjed punti x'wieħed iżid dwar San Pietru u San Pawl u hemm diversi punti oħra li aħna nistgħu nimitaw fihom. Imma dawk inħalluhom għal darba oħra għax b'dawn biss ukoll għandna biżżejjed!
Paniġierku 1997
Sunday, June 24, 2007
Isma l-paniġierku li niseġ Monsinjur Paul Vella fil-quddiesa tal-festa li kienet ikkonċelebrata mill-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Merċieca.
Monday, June 18, 2007
Ħajja ta' San Nikola
Din hija ftit informazzjoni fuq il-ħajja tal-qaddis patrun tas-Siġġiewi: San Nikola ta' Bari
Sunday, June 17, 2007
Dear God . . . about my daddy
Thanks for giving me a daddy. You knew just what I’d need! In case you need to make daddies for other kids, I thought you might like to know what I like best about the one you sent me:
A good dad ...
1. knows everything (like how to tie shoes and drive a car)
2. is really smart (he even knows where the wind goes after it blows through the trees)
3. has a forgiving heart (for when I mess up)
4. is loaded with patience, patience, patience (he probably won’t need it, but just in case...)
5. has a comfy lap and a big laugh (you understand about that, don’t you?)
6. tells me all about you and your son.
Your friend,
A Kid
P.S. I almost left out the best part! A good dad has real strong arms (to catch me when I fall. He
says you’re just like that, too.)
Aqra iktar fuq dan is-suġġett: What makes a good Dad
Two related powerpoint are: A poem for Dad ; For Dad (click on title to download)
Isma iktar fuq dan is-suġġett: